
Fis-Centenary Stadium il-Ġimgħa filgħodu sar it-tournament tradizzjonali tal-football ta’ Jum l-Istrina organizzat mill-Għaqda Ġurnalisti Sports.
Fl-aħħar snin din l-attivita’ b’risq L-Istrina ħadet il-forma ta’ tournament kwadrangulari: iżda dis-sena naqas it-team tal-istaff tal-MFA biex ħalla lill-gurnalisti sportivi, lill-Malta Football Referees Association, u lit-team tal-coaches, jissieltu għax-Shield bejniethom.
L-ewwel konfront kien l-iktar wieħed missielet u bilanċjat: bit-teknika tal-coaches finalment tirriżulta superjuri għall-abbilta’ fiżika tar-referees, biex il-coaches rebħu 4-3.
Kien hemm imbagħad rebħiet pjuttost faċli kemm għar-referees u kemm għall-coaches fuq il-ġurnalisti kollegi tagħna mill-istazzjonijiet u l-mezzi l-oħra varji tal-media: bil-coaches b’hekk jirbħu t-tournament b’żewġ rebħiet minn tnejn.
Fi tmiem it-tournament, il-president tal-Għaqda Ġurnalisti Sports, Charles Camenzuli ppreżenta x-Shield tar-Rebbieħa lill-captain tat-team tal-coaches Paul Zammit.