Motorsport
Trakka tal-Motorsport: L-MMF ma’ taqbilx mal-pjanti proposti minn Periti Studio

Il-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport ħarġet stqarrija biex tikkummenta fuq disinn tat-trakka tal-Motorsport li riċentement ġie ppubblikat fuq il-midja soċjali. Filwaqt li tirrikonoxxi l-isforzi li għamlu l-Periti Studio fuq l-inizjattiva tagħhom, il-Federazzjoni  tenfasizza li dawn il-faċilitajiet għandhom jaderixxu ma ‘regolamenti internazzjonali stretti fir-rigward tad-disinn, speċifikazzjonijiet u karatteristiċi ta’ sikurezza.

L-MMF qalet li wieħed irid jiftakar li t-trakka tal-Motorsport għandha takkomoda l-ogħla numru ta’ ‘dixxiplini possibbli u għandu wkoll jakkomoda tlielaq tal-muturi. Il-trakka għandha tinkludi wkoll faċilitajiet bażiċi li ikun hemm f’kull trakka bħal pitlane, paddock u ‘kamra tal-kontroll’. Dan id-disinn kif ippreżentat minn Periti Studio, kompletament injora ħafna min dan kollu, kif ukoll il-faċilità tat-tagħlim tas-sewqan għat-toroq li hija parti kruċjali tal-proġett, kemm għall-Gvern kif ukoll għall-Federazzjoni.  L-MMF qalet li wieħed mill-objettivi ewlenin tal-faċilitajiet tat-tagħlim tas-sewqan għat-toroq huwa li jgħin biex jitnaqqsu l-imwiet fit-toroq.

L-istqarrija tgħid ukoll li wieħed irid iqis ukoll li l-partijiet mill-art fid-disinn huma mikrija lil entitajiet oħra, b’mod partikolari ta’ Drag Racing, li l-Federazzjoni mhix ser taċċetta li tneħħi l-uniku sit f’Malta għal din id-dixxiplina, li ilha taħdem b’klabb mill-aktar attivi f’Malta, u dixxiplina li mhiex totalment kompatibbli maċ-ċirkwit biex joperaw flimkien, u fl-aħħar xhur investiet ħafna biex ittejjeb il-faċilità.

Il-Federazzjoni qalet li qed titlob lid-dilettanti kollha tal-motorsport biex iwaqqfu l-ispekulazzjoni f’dan il-mument vitali peress li dan jista ‘jkun iktar ta’ ħsara minn wieħed jimmaġina. L-MMF appellat sabiex il-Gvern jitħalla jaħdem liberament fuq il-wegħda elettorali tiegħu.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Għadha s-Sibt 19 ta’ Jannar, il-Malta Drag Racing Association, bl-għajnuna ta’ diversi clubs oħra tal-karozzi, fosthom it-360 Motorsport, l-Island Car Club u l-Malta Classic se jorganizzaw il-finali tal-pursuit bil-għan li…

Motorsport

Il-Qatari Nasser Al-Attiyah rebaħ id-Dakar Rally għat-tielet darba fil-karriera tiegħu, meta rnexxielu jispiċċa 46 minuta vantaġġ fil-quċċata tal-klassifika tal-karozzi, filwaqt li l-Awstraljan Toby Price rebaħ il-kategorija tal-muturi. L-għaxar u l-aħħar…

Motorsport

Nasser Al-Attiyah kważi huwa ċert 100% li ser jirbaħ l-edizzjoni tad-Dakar Rally ta’ din is-sena wara li fid-disa’ stadju, l-avversarju tiegħu Stéphane Peterhansel ra l-ħolma tiegħu ttir mar-riħ tad-deżert tal-Peru…

Motorsport

L-Awstraljan Ricky Brabec ra l-ħolma tiegħu tgħib fir-ramel meta problemi fil-makna tal-mutur tiegħu ġegħluh jirtira għat-tieni sena konsekuttiva. Min-naħa l-oħra, tmien stadju mill-aqwa għall-Awstraljan Toby Price li fuq il-KTM irnexxielu…

Aktar