Futbol lokali
Transfers lokali: Jake Galea jagħżel lil Hamrun Spartans

Jake Galea, il-gowlkiper internazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena, mil-lum sar plejer ta’ Hamrun Spartans.

Hamrun Spartans irnexxielhom jikkonvinċu lil Galea permezz ta’ Jacques Scerri, il-kowċ tagħhom li għandu relazzjoni tajba ħafna maż-żagħżugħ.

TVM Sport għamel ukoll kuntatt mal-plejer li kkonferma din l-aħbar minnufih.

Jidher li Galea kellu żewġ offerti oħra attrajenti, dik ta’ Gzira Utd u oħra mingħand Balzan.

Iżda finalment, Galea għażel lil Hamrun Spartans biex kompla żdied mal-lista ta’ akkwisti li Hamrun Spartans għamlu għal dan l-istaġun u li se jgħinuhom fl-ambizzjonijiet tagħhom.

Hamrun Spartans ħallsu l-parametri tal-plejer li kienu jammontaw għal aktar minn €7,000 u mistennija jdaħħlu r-reġistrazzjoni tal-plejer fl-uffiċini tal-MFA, il-Ġimgħa filgħodu.

Galea ffirma kuntratt ta’ sentejn.

Issa, Hamrun Spartans għandhom żewġ gowlkipers internazzjonali ta’ livell, lil Jake Galea u lil Steve Sultana. Huma taw ir-release lill-gowlkiper Dieu Merci Kambala Batusila.

Ma’ Sultana u Galea, Hamrun Spartans diġà wettqu erba’ akkwisti oħra; lil Dale Camilleri, Triston Caruana, Daniel Zerafa u Terence Agius.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 Hibernians……………1 Hamrun………………2 Fis-7 ġurnata Ħamrun ħarġu bi tlett punti importanti biex telgħu momentarjament b’erbatax –il punt tlett punti taħt Floriana meta fis-Centenary Stadium għelbu lil Hibernians…

Futsal

Futsal: Il-kowċ tat-team Nazzjonali Malti tal-Futsal Vic Hermans sejjaħ skwadra ta’ 14 -il player għaż-żewġ logħbiet ta’ ħbiberija li t-team Malti se jilgħab din il-ġimgħa kontra l-Armenja l-Ħamis u l-għada…

Futbol lokali

Riżultati mill-GFA BOV GFL l-1 Diviżjoni: Xagħra United FC …….5 Għarb Rangers FC……..0 6’ (1-0) Kennedy Martins Ribeiro 44’ (2-0) Raffael De Souza Ferreira 75’ (3-0) Luis Andre De Melo…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 Gudja ………0 Valletta……1 Rebħa għat-team belti bi skor minimu fuq it-team ta’ Gudja jara lil Valletta jakkwistaw it-tielet rebħa dan l-istaġun. L-ewwel azzjoni tal-partita waslet mat-8…

Aktar