Futbol lokali
Transfers lokali: Martina Borg tmur tilgħab fl-Italja

Martina Borg, l-ex plejer ta’ Hibernians ingħaqdet ma’ Apulia Trani fis-Serie B, fl-Italja.

Borg tagħmel parti integrali fl-attakk tat-tim nazzjonali Malti mmexxi minn Mark Gatt.

Hi ffirmat kuntratt ta’ sena.

Dan kien it-tieni transfer fi ftit jiem għal barra minn Malta fejn jidħol futbol tan-nisa.

Ftit tal-jiem ilu, Rachel Cuschieri ngħaqdet ma’ Anderlect fil-Belġju.

 

Miktub minn...
TVM Sport