Futbol lokali
Transfers lokali: Sliema Wanderers b’żewġ plejers ġodda mingħand Benevento

Diversi transfers ta’ plejers fil-Kampjonat BOV Premier li daħlu b’mod uffiċjali llum fil-Kwartieri tal-Malta Football Association.

Sliema Wanderers b’żewġ plejers ġodda li nġiebu mingħand Benevento, il-klabb Taljan tas-Serie A u li ffirmawhom sal-aħħar tal-istaġun. Dawn huma Mii Nordey Eshong mill-Ghana u l-gowlkiper Antonio Cotticelli.

Sadanittant, Sliema ċedew lil Miguel Ciantar li se jkompli l-istaġun fl-Ewwel Diviżjoni mal-klabb ta’ Mqabba b’self sal-aħħar tal-istaġun.

Hibernians bi plejer ġdid mill-Ġorġja sal-aħħar tal-istaġun, jismu Georgi Gorozie.

Tarxien Rainbows iffirmaw plejer ġdid mis-Serbja sal-aħħar tal-istaġun, Stefan Radovanovic.

In-Niġerjan Timmy Odungare li nġieb minn Gżira Utd fil-bidu tal-istaġun se jkompli b’self fl-Ewwel Diviżjoni ma’ San Ġwann.

Fl-istess diviżjoni imma ma’ Marsa se jkun qed ikompli l-istaġun il-plejer Veljko Stanic li kien inġieb mingħand Balzan.

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Telghu l-poloz tal-Ewwel Round ta’ Kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League u ċ-Champions Maltin Valletta telgħu biex jilgħabu kontra Kukesi tal-Albanija. Ir-rebbieħa tal-logħbiet jikkwalifikaw għat-tieni rawnd tal-UEFA Champions League filwaqt li t-telliefa…

Futbol lokali

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt is-17-il sena se jkun qed jilgħab żewġ logħbiet ta’ ħbiberija kontra ż-żgħażagħ tal-klabb Taljan ta’ Frosinone waqt kamp ta’ taħriġli se jsir fl-Italja aktar tard…

Futbol lokali

Michael Mifsud huwa plejer ta’ Birkirkara FC. Jidher li Birkirkara laħqu ftehim mal-captain tat-tim nazzjonali Malti fl-aħħar jiem hekk kif sar jafu li l-plejer kien se jtemm l-avventura tiegħu minn…

Futbol lokali

Partita minn Grupp 6 ta’ taħt il-21 sena, ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej fl-Italja s-sena d-dieħla: Telfa ta’ 4-0 għal Malta kontra l-Iżvezja fis-Centenary Stadium f’Ta’ Qali. L-Iżvedizi ħadu biss 3…

Aktar