Futbol lokali
Transfers mill-Clubs tal-Premier Maltin: Santa Lucia bl-ewwel akkwist uffiċjali, Yankam ma’ Birkirkara

Transfers mill-Clubs tal-Premier Maltin: Hibernians FC ħabbru li akkwistaw l-eks goalkeeper ta’ Pembroke, Floriana u St Andrews Matthew Calleja Cremona. Il-Pawlisti akkwistaw ukoll lil attakkant Taljan Leonardo Nanni li għandu 28 sena.

Santa Lucia fl-ewwel esperjenza tagħhom fil-Premier minn Awwissu estendew il-kuntratt ta’ Jackson Usuga Mendoza b’sentejn oħra. Huma taw kuntratt ukoll lid-difensur Italo-Arġentin Ignacio Fideleff li sa issa fil-karriera tiegħu kellu esperjenzi qosra ma’ Napoli u Parma

Valletta irnexxielhom jakkwistaw lill-Brażiljan Yuri Messias li ilhom jixtiequ magħhom. Messias fil-passat lagħab ma’ Naxxar Lions u ma’ Nadur Youngsters.

Birkirkara min naħa tagħhom ħadu lill-player Yannick Yankam eks Qormi. Jidher li Birkirkara tawħ kuntratt ta’ ħames staġuni.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

It-telfa ta’ 2-1 ta’ Malta kontra n-Norveġja f’Ta’ Qali nhar it-Tnejn kienet l-aħħar waħda ta’ Ray Żażu Farrugia fit-tmexxija tat-team nazzjonali Malti. Fi stqarrija maħruġa dalgħodu, il-Malta Football Association ħabbret…

Futbol lokali

KAMPJONAT EWROPEW U21 – GRUPP 8 TA’ KWALIFIKAZZJONI DANIMARKA….5 MALTA…………..1 Telfa kerha għat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena kontra d-Danimarka bi skor ta’ 5-1 f’partita minn Grupp 8 ta’…

Futbol lokali

Telfa ta’ 2-0 għal Malta fil-partita minn Grupp 6 tar-rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-kampjonat Ewropew ta’ taħt id-19-il sena kontra Ċipru. Il-gowls ta’ Ċipru waslu fit-tieni taqsima fil-51 minuta minn Nicolasou…

Futbol lokali

Fi tmiem din il-ġimgħa ngħata bidu għall-kampjonat tal-Mini Football li qed jiġi organizzat għall-ewwel darba mill-Malta Mini Football Association u li qed jintlagħab fil-grawnd tal-8-a-side tal-Marsa. Tmien timijiet qed jieħdu…

Aktar