Futbol lokali
Trasferimenti: Birkirkara jissorprendu hekk kif jiffirmaw lil Llywelyn Cremona

Birkirkara FC issorprendew lil kulħadd hekk kif il-bieraħ filgħaxija huma ffirmaw lil Llywelyn Cremona prodott ta’ Valletta u li riċentament kien qed ikun inkluż fl-iskwadri proviżorji tat-team Nazzjonali Malti.

Cremona lagħab ma’ Valletta fil-livelli kollha mill-Youths sat-team tal-kbar meta kien idebutta fil-Premier ta’ eta’ żgħira fl-istaġun 2011/12. Hu lagħab ukoll fil-livelli kollha tal-Youths tal-MFA fejn l-iktar li spikka kien fit-team ta’ taħt il-21 sena mmexxi minn Silvio Vella fejn kien regolari fl-aħħar kompetizzjoni li rat lil Cremona u lil sħabu jkunu protagonisti b’rekord ta’ 11 -il punt miksub fil-Grupp ta’ kwlaifikazzjoni.

Il-Player Belti iben il-coach Anton Cremona, ffirma kuntratt ta’ 3 staġuni ma’ Birkirkara FC. L-aħbar kienet ikkonfermata anke fuq is-sit tal-Club Karkariż.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Partita ta’ ħbiberija_Stadium Nazzjonali Mas Taborsko (Repubblika Ċeka) ……… 1 Floriana (Malta) ……………………………… 2 Il-progress ta’ Floriana mill-bidu tas-sena ‘l hawn ikompli jħalli l-frott hekk kif f’logħba ta’ ħbiberija l-Erbgħa…

Futbol internazzjonali

Partita ta’ ħbiberija_Stadium Nazzjonali Zbrojovka Brno (Repubblika Ċeka) ……… 3 Hibernians (Malta) ……………………………. 1 Fl-ewwel minn sensiela ta’ partiti ta’ ħbiberija bejn it-timijiet Ċeki u mis-Slovakkja li ħadu sehem fit-Tipsport…

Futbol lokali

Ħamrun Spartans ippreżentaw l-aħħar akkwist tagħhom hekk kif kisbu lill-midfielder Messikan ta’ tlieta u għoxrin sena Misael Miranda. Il-preżentazzjoni saret mill-President ta’ Ħamrun Spartans Nunzio Antignano, l-plejer iffirma b’self sal-aħħar…

Futbol lokali

Il-winger internazzjonali Malti ta’ taħt il-wieħed u għoxrin sena Myles Beerman issa uffiċjalment player ta’ Gżira United. Huwa ġie ppreżentat mill-President Sharlon Pace u l-kowċ Darren Abdilla. Beerman ingħaqad mal-Maroons…

Aktar