Trasferimenti – Cini b’self ma’ Gudja United … Balzan ikomplu jissaħħu

Suq tat-trasferimenti lokali, Valletta jneħħu zewg gowlkipers għal kumplament tal-istaġun.

Yenz Cini se jkompli l-istaġun tiegħu ma’ Gudja United li qed jisfidaw biex ikunu promossi fil-Kampjonat BOV Premier l-istaġun li ġej, waqt li Manuel Bartolo issieħeb lil Żebbuġ Rangers, ukoll b’self.

It-tim Żebbuġi mmexxi mill-kowċ Alfonso Greco determinati li minkejja li temmew is-sena f’qiegħ il-klassifika tal-Kampjonat Premier, għat-tieni parti tal-istaġun jagħtu sfida denja fit-taqtiegħa biex iżommu posthom mal-kbar.

Huma kisbu s-servizzi ukoll tal-midfielder Taljan Paltemio Barbetti mingħand Sliema Wanderers.

U wara l-akkwist ta’ Bojan Kaljevic għall-attakk, Balzan kisbu s-servizzi ukoll taż-żagħżugh Terence Agius mingħand Pieta Hotspurs.

Miktub minn...
Rodney Vassallo