Mansueto l-kowċ il-ġdid ta’ Qormi

Il-kowċ żgħażugħ Josef Mansueto se jkun il-kowċ il-ġdid ta’ Qormi.

Mansueto hu diġa midħla tal-Club ta’ Qormi hekk kif kien kowċ interim meta’ Qormi neħħew lil Tommaso Volpi lejn l-aħħar ta’ Diċembru qabel l-inkarigu ngħata f’idejn il-kowċ Karel Zeman.

Mansueto se jkun qed jipprova jieħu migħu lill-eks plejer internazzjonali Rupert Mangion bħala assistent tiegħu.

Sliema iridu lil Paul Ince

Sliema Wanderers jinsabu f’negozjati mal-eks player internazzjonali Ingliż Paul Ince sabiex ikun il-coach tagħhom l-istaġun li ġej. Din il-mossa hi parti mill-istrateġija tal-President ta’ Sliema Keith Perry sabiex jagħmel il-progetti tal-isponsors taljani iktar attraenti. Ince mistenni jasal Malta fl-10 ta’ Ġunju.

Gudja bi staff tekniku ġdid

Intant wara di-diżappunt tal-istaġun li għadda Gudja United bdew ukoll jaħdmu sabiex isaħħu l-iskwadra u wara li hu uffiċjali li mhux se jżomu lil Molzhan huma akkwistaw is-servizzi tal-coach Michael Degiorgio li se jkun mgħejjun minn Joe Borg il-Pesu.

Dan minbarra li żammew lil Alan Mifsud bħala Team Manager.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.