Ċikliżmu
Triathlon: Fabio Spiteri  b’tentattiv għat-Triple Ultra fis-27 ta’ Lulju

L-atleta Fabio Spiteri, li is-sena l-oħra rrnexxilu jikseb it-titlu tad-Double Ironman, nhar is-27 ta’ Lulju ser jkun qed jieħu sehem fit-Triple Ultra Triathlon. Tellieqa li s’issa l-ebda triatleta Malti għadu ma rrnexxilu jispiċċa.

It-Triple Ultra Triathlon se ssir f’Lensahn, il-Ġermanja bejn is-27 u d-29 ta ‘Lulju. Spiteri se jingħaqad ma’ 54 atleti oħra minn madwar id-dinja biex ikopru distanza ta’ 11.4 kilometru ta’ għawm, 540km fuq ir-rota u ġirja ta’126.6km. Jekk id-distanzi ma kinux diffiċli biżżejjed, il-rottot huma koperti fuq dawriet qosra li jirrikjedu ammont sostanzjali ta’ dawriet – per eżempju l-korsa tal-ġirja hija miżmuma fuq dawra ta’ 1.32 kilometru li jeħtieġ li tkun koperta 96 darba!

It-taħriġ ta’ Spiteri kien speċifiku ħafna sabiex jiżgura li l-aspetti kollha tat-tiġrija huma koperti – id-distanzi, taħriġ bil-lejl, l-adattament li jibqa mqajjem għal aktar minn 24 siegħa kif ukoll il-preparazzjoni mentali.

Spiteri, żviluppa pedament b’saħħtu għat-tlielaq fit-tul, peress li għandu numru konsiderevoli ta’ tlielaq fuq distanzi twarl – ta min isemmi  seba’ Ironman u 21 tellieqa Ironman 70.3 f’dawn l-aħħar ħames snin.

It-taħriġ għall-Triple Ultra Triathlon inkluda taħriġ fuq ir-rota madwar Sqallija fi tlett ijiem – fejn stabbilixxa rekord fil-proċess, diversi għawmiet ta’11km, taħriġ fuq ir-rota fuq distanzi ta’ madwar 300km, u ġirjiet ta’ 70kms. L-aħħar sessjoni ta’ taħriġ rat lilu jiġri id-distanza t’Għawdex, jgħum minn Għawdex għal Malta u jiġri miċ-Ċirkewwa sa Birżebbuġa. Jekk sessjonijiet twal fit-triq ma kinux iebsa biżżejjed, parti mill-preparazzjoni mentali meħtieġa inkludiet taħriġ fuq rota statika għal siegħat twal.

“Is-sessjonijiet ta’taħriġ jeħtieġu li jkunu maħsuba sew, mhux biss minn perspettiva ta’ preparazzjoni fiżika iżda wkoll waħda mill-punt tal-loġistika, fejn ħbieb u familjari assistew fil-perjodi twal twil ta’ taħriġ, speċjalment meta wieħed ikun fuq l-ilma jew fuq ir-rota jew ġiri fid-dlam,” stqarr Spiteri. “Minn dan il-lat li ninsab lest għal din l-isfida. Iżda wieħed qatt ma jista’ jkun kunfidenti  żżejjed,  għax kollox jista’ jinqala matul it-tellieqa.  Ser nibqa pożittiv waqt li nżomm f’moħħi l-ħbieb tiegħi kollha li appoġġjawni, atleti li ssieħbu għal xi wħud mis-sessjonijiet ta’ taħriġ u naturalment lill-isponsors tiegħi”.

Minkejja dan kollu, Spiteri sab ħin biex jgħin fil-ġlieda kontra l-krudelta lejn l-annimali, kif ukoll jaħdem biex jqajjem kuxjenza dwar l-importanza ta’ ibħra nodfa u r-realtà distruttiva li t-tniġġis tal-plastik qed iwassal fl-ibħra tagħna.

Fabio Spiteri huwa appoġġjat minn Garmin Malta, Eurosport Malta, Wheel Wizard, Millenium Clinics, Mosta Tri Club, Festina, 24/7 Fitness Club, Go & Fun u General Automation Services.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Ċikliżmu

Ċikliżmu: Marie Claire Aquilina żammet l-ewwel post overall fil-kategorija tan-Nisa fl-edizzjoni ta’ dis-sena ta’ The Cyclist Tour ta’ Malta minkejja li daħlet biss ir-raba’ fit-tieni tappa llum. It-tellieqa tan-nisa ntrebħet…

Ċikliżmu

L-edizzjoni 2019 ta’ The Cyclist Tour ta’ Malta ngħatat bidu dalgħodu bit-Time Trial individwali fuq rotta ta’ 12-il kilometru fil-bypass tal-Imtarfa. Temp xemxi laqa’ lill-aktar minn mitt ċiklist li ħadu…

Ċikliżmu

Il-25 Edizzjoni tat-Tour Internazzjonali ta’ Malta bl-isponsor ewlieni ta’ The Cyclist, ser tinżamm bejn nhar il-Ħamis 11 ta’ April u l-Ħadd 14 ta’ April 2019, fejn huwa mistenni numru rekord…

Aktar