Triathlon
Triathlon: Hannah Pace fl-aqwa forma tagħha biex tikser ir-rekord nazzjonali fuq id-distanza Ironman

Iċ-Ċampion Nazzjonali tat-Triathlon Hannah Pace, għal darb’oħra għamlet unur lil-Malta meta hija kienet l-iżgħar mara Maltija li tikkompetit f’tellieqa Ironman (3.8km għawm, 180km bir-rota, ġirja ta’42km). Pace stabilixxiet Rekord Nazzjonali ġdid meta hi spiċċat it-tellieqa f’ħin ta’ għaxar sigħat u għoxrin minuta.

Pace kisbet it-tielet post fuq il-podju fil-grupp tal-eta tagħha.

Dan ir-riżultat ġie miksub ftit ġimgħat biss wara is-suċċess tagħħa fil-Kampjonati Ewropej tal-Triathlon f’Tartu, l-Estonja meta hi ħadet medalja tal-fidda fid-distanza Standard.

Pace ħadet sehem fit-tellieqa KMD Ironman ġewwa Kopenħagen nhar il-Ħadd li għadda u kkompetit ma fuq minn 2,000 atleta oħra.

Għalkemm Pace bniet snin ta’ esperjenza fit-triathlon, din hi l-ewwel darba li kkompetit fuq din id-distanza. Ir-riżultat tagħha nhar il-Ħadd rat tagħha tiggradwa minn distanzi qosra għat-tlielaq fuq distanzi twal.

Il-korsa ta’ 226km hija magħmula minn rotta li fija tlajja u nżul fuq bażi regolari kemm fuq ir-rotta tar-rota kif ukoll dik tal-maratona.

Fit-taqsima tal-għawm, li kienet tikkonsisti fuq distanza ta 3.8kilometri, Pace kisbet riżultat tajjeb ħafna meta kienet it-tieni mara li ħarġet mill-ilma fil-grupp tagħha.

Pace kella battalja kontinwa fuq ir-rota, kif ukoll fil-maratona fejn hi kienet qeda kontinwament tiġġieled għat-tielet post.

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Triathlon

Triathlon: Intemmet it-tappa li saret f’Malta tas-Super League Triathlon bil-finali ta-Equalizer kemm tal-irġiel u anke tan-nisa. Il-Franċiż Vincent Luis rebaħ id-deheb sewgiet mil-atketa mill-Afrika ta’ isfel Henri Schoman li spiċċa…

Triathlon

L-azzjoni ma naqqsitx nhar il-Ħadd fit-Triq tal-Kosta ta’ Salina meta saret it-tielet tellieqa tal- Birkirkara St. Joseph Sprint Triathlon Series. B’kompetizzjoni akkanita matul it-tellieqa kollha, fl-aħħar kienu Shaun Galea u…

Aktar