Triathlon
Triathlon: Hannah Pace tirbaħ Midalja tal-Fidda fil-Kampjonati Ewropej, fl-Estonja

Midalja tal-Fidda għal Hannah Pace fil-Kampjonati Ewropej tal-Triathlon f’Tartu, fl-Estonja.

Pace rebħet din il-midalja fid-distanza standard ta’ 1.5km għawm, 40km rota u 10km ġirja.

Pace li kienet qeda tikkompeti fil-Grupp tal-età ta’ bejn il-25 u d-29 kellha kompetizzjoni iebsa ħafna minħabba li dan il-grupp ta’ età kien wieħed mill-ikbar wieħed ikkontestat.

Pace spiċċat it-tellieqa f’ħin ta’ sagħtejn, 7 minuti 53 sekonda. Il-prestazzjoni ta’ Pace ratha tiksebi ir-raba’ post fit-taqsima tan-nisa.

Pace mhux wiċċ ġdid fuq il-podju ta’dawn il-kampjonati. Minbarra l-midalja tal-fidda li rebħet illum f’Tartu, Pace kisbet ġabra sostanzjali ta’midalji mill-ewwel parteċipazzjoni tagħha fl-2013.

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Triathlon

Triathlon: Intemmet it-tappa li saret f’Malta tas-Super League Triathlon bil-finali ta-Equalizer kemm tal-irġiel u anke tan-nisa. Il-Franċiż Vincent Luis rebaħ id-deheb sewgiet mil-atketa mill-Afrika ta’ isfel Henri Schoman li spiċċa…

Triathlon

L-azzjoni ma naqqsitx nhar il-Ħadd fit-Triq tal-Kosta ta’ Salina meta saret it-tielet tellieqa tal- Birkirkara St. Joseph Sprint Triathlon Series. B’kompetizzjoni akkanita matul it-tellieqa kollha, fl-aħħar kienu Shaun Galea u…

Triathlon

Iċ-Ċampion Nazzjonali tat-Triathlon Hannah Pace, għal darb’oħra għamlet unur lil-Malta meta hija kienet l-iżgħar mara Maltija li tikkompetit f’tellieqa Ironman (3.8km għawm, 180km bir-rota, ġirja ta’42km). Pace stabilixxiet Rekord Nazzjonali…

Aktar