Triathlon
Triathlon: Il-Ħadd li ġej issir l-Ocean Lava Malta

It-Triathlon Ocean Lava Malta, li hija wkoll il-Kampjonat Nazzjonali tat-Triathlon fuq distanza twila, se ssir il-Ħadd 19 ta’ Mejju fuq it-Triq tal-Kosta tas-Salina.

It-tellieqa li tikkonsisti f’1.9km għawm, 90km bir-rota u nofs maratona se tibda bil-għawm fil-Bajja tas-Salina.

Dan ikun segwit bit-taqsima tar-rota u immedjetament wara  nofs maratona li seħħ tul il-Coast Road fid-direzzjoni ta’ Pembroke.

Madwar 100 atleta se jieħdu sehem fil-kategoriji individwali u tar-relay. Bir-rebbieħa tas-sena l-oħra, Graham Borg u Hannah Cutajar (nee Pace) mhux ser jieħdu sehem, it-tellieqa se tiġbed l-attenzjoni lejn it-triatleti bħal Rudolph Agius u David Galea – it-tnejn rebħu u ħadu post fuq l-podju bosta drabi fl-edizzjonijiet preċedenti.

Triatleti oħra li għandhom jatgħu wirja tajba huma Josef Bonavia u l-Għawdxi Michael Bongailas, li minkejja li għandhom inqas esperjenza minn Agius u Galea, dan l-aħħar snin taw prestazzjonijiet tajbin.

Fil-kategoriji femminili t-tellieqa hija battalja miftuħa iżda definittivament interessanti. Karen Amato u Anjelika Ruggier li ħadu it-tieni u r-raba ‘post rispettivament is-sena l-oħra li se jerġgħu lura għal din il-kompetizzjoni din is-sena. Il-bqija ta ‘l-atleti nisa se jkunu qed jgħamlu d-debutt tagħhom fit-tellieqa.

Il-kategorija tat-Tim Relay ġibdet numru t’ atleti b’saħħithom fid-dixxiplini rispettivi tagħhom – ftit biss mill-uħud li ser jieħdu sehem, ta min isemmi lil-Hannah Cutajar (li din is-sena qed tiffoka fuq l-għawm), Robert David Vella, Bernard Sant, Felicienne Mercieca, Mark Bonnici, Mark Zammit, Christian Formosa, Josann Attard Pulis, Dillon Cassar, Leigh Marshall. .

It-tellieqa ser issir taħt l-awspiċji tal-Federazzjoni Maltija tat-Triathlon.

L-organizzaturi jixtiequ jfakkru lill-pubbliku li l-karreġġata tat-Triq tal-Kosta tas- Salina, direzzjoni Bugibba għal Pembroke se tingħalaq għat-traffiku mis-7 ta’ filgħodu san-12:30. Se jkun hemm sospensjoni temporanja tas-servizz tal-karozzi tal-linja matul dan il-ħin. Il-kooperazzjoni tal-pubbliku hija apprezzata ħafna.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Triathlon

It-triatleta tal-Birkirkara St Joseph Club Rudolph Agius poġġa ismu fil-kotba tal-istorja tal-isport aktar kmieni din il-ġimgħa wara prestazzjoni trijonfanti fil-Ironman Triathlon f’Barċellona. L-għawma ta’ 3,800 metru fl-ilmijiet sħan tal-Baħar Mediterran…

Triathlon

Il-BSJ Go & Fun Sprint Triathlon Series intemm il-Ħadd filgħodu fit-Triq tal-Kosta ta ’Salina b’rebħiet impressjonanti minn Shaun Galea u Hannah Cutajar. It-tellieqa kienet innominata mill-Federazzjoni Maltija tat-Triathlon, bħala l-Kampjonati…

Triathlon

Iċ-Ċampjin Nazzjonali tat-Triathlon, Hannah Cutajar kitbet isimha fl-istorja tat-Triathlon Malti meta dalgħodu kisbet rebħa impressjonanti European Triathlon Sprint Age Group Championships li saru fil- Kazan, Russia. Cutajar kisbet ir-rebħa fost…

Aktar