Triathlon
Triathlon: Josef Bonavia u Danica Bonello Spiteri jirbħu tellieqa tal-Go & Fun BSJ Sprint Series

Ilbieraħ saret it-tieni tellieqa tal-Go & Fun BSJ Sprint Triathlon Series f’kundizzjonijiet sħan ta’ temp bil-parteċipazzjoni tkun waħda sostanzjali.

Josef Bonavia żamm il-pass determinat u ffokat sabiex kiseb rebħa mistħoqqa f’siegħa, 2 minuti u 42 sekonda – titjib ta’ ħamsin sekonda fuq il-ġimgħa ta’ qabel, b’Joseph Galea li temm fit-tieni post.

Fil-kategorija tan-nisa, Danica Bonello Spiteri irreġistrat it-tieni rebħa konsekuttiva tagħha tas-serje. Hi tejbet il-ħin tagħha bi 33 sekonda. Hannah Cutajar spiċċat fit-tieni post.

Il-President tal-Malta Triathlon Federation, John Vella pprezenta il-medalji lir-rebbieħa fi tmiem it-tellieqa.

It-tielet tellieqa tal-Go & Fun BSJ Sprint Triathlon Series se ssir nhar il-Ħadd, 6 ta’ Settembru f’Triq il-Kosta, is-Salina.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra

Josef Bonavia u Danica Bonello Spiteri rebħu l-Kampjonati Nazzjonali Sprint Triathlon 2020. Iż-żewġ atleti kisbu wkoll it-titlu tas-Serje Go & Fun BSJ Sprint Triathlon. It-tellieqa kienet mifruxa fuq erba’ tlielaq…

Disgħin triatleti ħadu sehem fl-ewwel tellieqa tal-Go & Fun BSJ Sprint Triathlon Series li saret nhar il-Ħadd il-għadda ġewwa is-Salina. It-tellieqa ġiet organizzata mill-Birkirkara St Joseph Sports Club u li…

Hekk kif il-Gyms kollha madwar il-pajjiż jinsabu magħluqa diversi atleti kellhom jaraw kif se jsibu mod biex ikomplu t-taħriġ tagħhom minn b’mod u min b’ieħor. Fost dawn hemm it-Triatleta Malti…

Il-Federazzjoni Maltija tat-Triathlon ħabbar il-ħatra ta’ Bord kompletament ġdid wara l-Laqgħa Ġenerali Annwali li saret riċentement. Il-President il-ġdid tal-Federazzjoni huwa John Vella, triatleta li jiffoka fuq distanzi twal u bi…

Aktar