Triathlon
Triathlon: Julian Harding b’rekord ġdid fil-korsa tas-Salini

Julian Harding wera li s-success li kiseb fid-debutt tiegħu ma kienx xi ħaġa ta’ darba meta kiser ir-rekord li hu stess stabbilixxa ħmistax ilu fil-Go & Fun Sprint Triathlon, nhar il-Ħadd li ghadda.

Ir-rekord il-ġdid tal-korsa tas-Salina issa hu ta’ 58 minuta 33 sekonda.

Harding kien segwit minn Keith Galea fit-tieni post u Jesrit Angel Camilleri fit-tielet post.

It-tellieqa tan-nisa ntrebħet minn Danica Bonello Spiteri segwieta minn Pia Zammit fit-tieni post u Eva Resnich fit-tielet post.

It-tielet tellieqa tal-Go & Fun BSJ Sprint Triathlon Series se ssir nhar il-Ħadd 5 ta’ Settembru ġewwa Salina.

 

Miktub minn...
TVM Sport