Triathlon
Triathlon: Malta tipparteċipa fil-Kampjonati Ewropej tat-Triathlon

B’kontinġent ta’ 10 atleti u 2 coaches, Triathlon Malta ħadet sehem fil-kampjonati Ewropej tat-Triathlon li ttellgħu mill-ETU European Triathlon Union fil-belt ta’ Weert, fl-Olanda. Dawn il-kampjonati saru fuq id-distanza Standard, jiġifieri 1.5KM ta’ Għum, 40KM ta’ ċikliżmu non-drafting, u 10KM ta’ ġiri.

Il-kontinġent Malta kien ġie magħżul wara l-Kampjonati Nazzjonali ta’ Malta fil-ħarifa li għaddiet u kien magħmul minn Margaret Seguna, Lara Buttigieg, Anjelika Ruggier, Juliya Azzopardi Mazur, Karne Amato, Wayne Spiteri, Shaun Galea, Bernard Sant, Joseph Cremona u Darrel Schembri. Jakkumpanjawhom kien hemm żewġ Level 2 Triathlon Coaches, Barry Farrugia u Maria Mizzi u l-kontinġent kien immexxi mill-President ta’ Triathlon Malta, Cyprian Dalli.

Fit-tlielaq femminili, kienet Margaret Seguna li ġabet l-aħjar ħinijiet mill-atleti nisa Maltin fejn spiċċat it-tellieaq f’ ġin ta’ sagħtejn, 19 -il minuta u 47 sekonda. Dan ir-riżultat kien ifisser li Seguna spiċċat fil-ħames post fil-kategorija tal-eta’ tagħha. Seguna kellha wkoll l-aħjar ħin fl-għuma u fil-ġirja mill-atleti femminili Maltin, filwqqt li l-aħjar ħin fuq ir-rota kisbitu Lara Buttigieg.

Fil-kompetizzjonijiet maskili, l-aħjar ħin fost il-ħames atleti irġiel Malti ġie rreġistrat minn Bernard Sant, hekk kif spiċċa it-tellieqa f’ ħin totali ta’ sagħtejn, 8 minuti u 34 sekonda. Sant irnexxilu jakkwista wkoll l-aħjar ħin għal-għuma bejn l-atliti Malti hekk kif lesta id-distanza ta’ 1500m f’ ħin ta’ 22 minuta u 12 -il sekonda. L-aqwa segment taċ-ċikliżmu sar minn Wayne Spiteri hekk kif lest ail-korsa ta’ 40 KM f’ ħin ta’ 56 minuta u 10 sekondi. Spiteri irreġġistra wkoll l-aħjar ħin fuq il-ġirja hekk kif lesta l-10KM tal-korsa f’ ħin ta’ 41 minuta u 28 sekonda.

Matul l-istess tmiem il-ġimgħa f’ Weert, il-President ta’ Triathlon Malta, akkumpanjat miż-żewġ coaches, attena wkoll għall-Assemblea Ġenerali Annwali tal-European Triathlon Union. Dalli kellu diversi laqgħat bilaterali mal-għaola persuna fid-dinja tat-triathlon, fosthom ma’ Marisol Casado, il-President tal-International Triathlon Union u membru tal-International Olympic Committee, kif ukoll ma’ Renato Bertrandi, President tal-European Triathlon Union. ‘Kienet okkazzjoni oħra fejn stajna nuru li għalkemm Triathlon Malta hija waħda mill-iżgħar federazzjonijiet, madanakollu hija wkoll waħda mill-aktar attivi u dinamiċi. Fil-fatt, b’ 10 atleti f’ dawn il-kampjonati, konna l-aktar federazzjoni Ewropea li kellha atleti per capita. Dan ikompli jawgura tajjeb għall-iżvillupp kontinwu u għall-futur tat-Triathlon f’ Malta u Għawdex’ irramarka Dalli.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Triathlon

Avveniment internazzjonali ta’ ċertu preġju li se jkun organiżżat f’Malta fi tmiem il-ġimgħa hu s-Superleague Triathlon li se jsir fil-Birgu u Bormla bejn is-Sibt u l-Ħadd. Dan l-avveniment sportiv li…

Triathlon

It-triatleta tal-Birkirkara St Joseph Club Rudolph Agius poġġa ismu fil-kotba tal-istorja tal-isport aktar kmieni din il-ġimgħa wara prestazzjoni trijonfanti fil-Ironman Triathlon f’Barċellona. L-għawma ta’ 3,800 metru fl-ilmijiet sħan tal-Baħar Mediterran…

Aktar