Triathlon
Triathlon: Midalja tad-Deheb oħra għal Hannah Pace fl-Ingilterra
Iċ-Champion Nazzjonali tat-Triathlon Hannah Pace żiedet riżultat pożittiv ieħor meta rebħet Midalja tad-Deheb fil-Grupp tal-Età tagħha ġewwa l-Ingilterra fit-tellieqa Ironman 70.3 f’Staffordshire. 

Din ir-rebħa ġiet wara kompetizzjoni qawwija  u missielta. 

Minkejja li  l-bidu tat-tellieqa ġiet postposta minħabba ċ-ċpar,  dan id-dewmien li seta’ jaffetwa kwalunkwe atletla negattivament, Pace tat prestazzjoni soda biex spiċċat l-għawma tal-1.9km f’30 minuta 45 minuta. 

Fit-taqsima tar-roti, Pace tellqet f’terren li mhux familjari miegħu bit-tlajja u l-inżul frekwenti li jagħmel ir-rotta iktar diffiċli.  Pace qabdet ritmu stabbli fin-nofs maratona biex hekk issiġillat r-rebħa oħra għal Pace, b’riżultat finali tad-distanza totali ta’ 113-il kilometru f’ħin ta’ 4.59.25.

B’dan ir-riżultat, Pace ġabet kwalifika għall-Kampjonati Dinji tal-Ironman 70.3 fl-Afrika t’Isfel. Pace diġà kienet kwalifikat għal dawn il-Kampjonati fl-2016 u fl-2017 u kienet l-ewwel atleta femminili Maltija li kisbet dan l-unur. 

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Triathlon

It-Triatleta tal-mument Graham Borg rebbieħ tal-kampjonat Nazzjonali, n-National Sprint Championship u rebbieħ riċentament tal-Birkirkara St Joseph Triathlon Series ingħaqad mat-team ta’ Mosta Triathlon. Il-preżentazzjoni tal-kit il-ġdid lil Graham Borg li…

Triathlon

Ir-rebbieħ tal-kampjonat Nazzjonali tat-Triathlon Graham Borg għalaq l-istaġun tal-2017 b’suċċess meta l-prestazzjoni tiegħu fil-Gloria Ironman 70.3 Triathlon fit-Turkija ratu jikkwalifika għall-Kampjonati tad-Dinja tal-Ironman 70.3. Id-distanza ta’ Ironman 70.3 tinkludi għawma…

Aktar