Triathlon
Triathlon: Prestazzjoni impekkabbli minn Shaun Galea u Hannah Cutajar fl-ewwel tellieqa tal-Go & Fun Sprint Series

Il-Go & Fun Sprint Triathlon Series, organizata mill- Birkirkara St. Joseph Sports Club ingħatat bidu il-Ħadd filgħodu fuq Triq il-Kosta, is-Salina. It-tellieqa li kienet magħmula minn għawma ta’ 750 metru, 20 kilometru fuq ir-rota u ġirja ta’ 5 kilometri kienet miżmuma f’kundizzjonijiet ta’sħana qawwija speċjalment meta l-atletli bdew il-ġirja.

Kundizzjonijiet kważi perfetti tal-ilma taw bidu tajjeb għat-triatleti. Bernard Sant kien l-ewwel li ħareġ l-ilma, 10 minuti sitta u erbgħin sekonda wara l-bidu tat-tellieqa. Huġie segwit tliet sekondi wara minn Shaun Galea u minn Nikol Micallef. Ir-raba’ atleta barra mill-ilma kienet iċ-Ċampjin Nazzjonali tat-Triathlon Hannah Cutajar.

Hekk kif kompliet it-tellieqa bit-taqsima tar-rota,  il-kundizzjonijiet bdew isiru aktar diffiċli bir-riħ jiżdiedu w t-temperaturi jogħlew gradwalment.

Tranżizzjoni mgħaġġla minn Shaun Galea għenietu biex ilaħħaq ma’ Sant barra mit-transizzjoni u jieħu postu fuq quddiem fit-taqsima tar-rota. Minkejja dan, baqa’ fuq l-għarqbejn ta’ Galea. Galea żamm kalm u hekk kif beda l-aħħar taqsima, il-ġirja, beda jkabbar id-distakk fuq Sant.  Simili għaż-żewġ taqsimiet ta’ qabel, il-pożizzjonijiet baqgħu jinbidlu u kien Neil Markham li ħa l-aħħar post fuq il-podju wara li pproduċa ġirja tajba u kkalkulata

Fit-taqsima tan-nisa, minkejja li Hannah Cutajar bħalissa għandha l-attenzjoni tagħha fuq it-taħriġ għal għawma madwar Għawdex, il-Wave of Change Round Gozo, tat prestazzjoni impekkabbli. Cutajar ħadet postha fuq quddiem net mill-bidu tat-tellieqa u żammet distanza komda fuq Lara Buttigieg, li daħlet fit-tieni post. Buttigieg xorta tat prestazzjoni tajba, u rrnexiela tirreġistra titjib konsiderevoli fil-ħin tagħha meta mqabbel mal-ħinijiet tas-sena l-oħra. Fit-tielet post kienet il-veterana Suzanne Farrugia, li għelbet kompetizzjoni konsiderevoli fil-qasam tagħha, kif ukoll irreġistray titjib fuq il-ħinijiet irreġistrati s-sena l-oħra.

“Minkejja s-sħana, il-Go & Fun Sprint Triathlon bdiet bi prestazzjonijiet tajbin ħafna. Il-Klabb kompla jsaħħaħ l-operat tiegħu meta numru ta’ uffiċjali ggradwaw f’dan l-aħħar jiem fil-kors ta’ Uffiċjali Tekniċi, b’taħriġ li kien provdut minn rappreżentanti ta ‘l-Unjoni Ewropea tat-Triathlon. Dan huwa parti mill-isforzi tagħna biex niżguraw li t-tlielaq tagħna jkunu mill-aqwa f’kull aspett ”spjega Euchar Camilleri, Segretarju Ġenerali, Birkirkara St. Joseph Sports Club. “Il-Klabb jirringrazzja lil Paul Groves u Cecilia Frascaroli, mill-Unjoni Ewropea tat-Triathlon, talli pprovdew it-taħriġ u taw l-apoġġjaw tagħhom matul it-tellieqa”.

Midalji ġew ippreżentati lill-ewwel tliet irġiel u nisa immedjatament wara t-tellieqa.

Il-Klabb huwa grat għall-appoġġ tal-Go & Fun, il-Korp tal-Pulizija ta’Malta (Sezzjoni tat-Traffiku), il-Kunsill Lokali Naxxar, Transport Malta u l-voluntiera kollha li kienu preżenti matul it-tellieqa.

It-tieni tellieqa tal-Go & Fun Sprint Triathlon Series ser issir nhar il-Ħadd 7 ta ‘Lulju fuq it-Triq tal-Kosta tas-Salina.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Triathlon

Iċ-Ċampjin Nazzjonali tat-Triathlon, Hannah Cutajar kitbet isimha fl-istorja tat-Triathlon Malti meta dalgħodu kisbet rebħa impressjonanti European Triathlon Sprint Age Group Championships li saru fil- Kazan, Russia. Cutajar kisbet ir-rebħa fost…

Triathlon

It-tieni tellieqa tal-Go & Fun BSJ Sprint Triathlon Series saret il-Ħadd li għadda ġewwa Triq il-Kosta tas-Salina. Tellieqa li tikkonsisti f’għawma ta’ 750 metru, 20 kilometru bir-rota u ġirja ta’…

Triathlon

B’kontinġent ta’ 10 atleti u 2 coaches, Triathlon Malta ħadet sehem fil-kampjonati Ewropej tat-Triathlon li ttellgħu mill-ETU European Triathlon Union fil-belt ta’ Weert, fl-Olanda. Dawn il-kampjonati saru fuq id-distanza Standard,…

Aktar