Atletika
Triathlon: Rudolph Agius jikseb il-kuruna tal-Middle Distance fl-Ocean Lava Malta

It-triathlon tal-Ocean Lava Malta, miżmuma taħt l-awspiċi tal-Federazzjoni Maltija tat-Triathlon u nnominata bħala l-Kampjonati tal-Middle Distance Triathlon ilbieraħ rat azzjoni ta’ klassi fit-Triq tal-Kosta tas-Salina.

Għalkemm it-temp kien iktar favorevoli meta mqabbel mas-snin ta’ qabel, ir-riħ qawwi li kien hemm xorta rriżulta f’tellieqa iebsa għall-atleti fit-tellieqa ta’ 113-il kilometru.

It-tellieqa rat 40 atleta jikkompetu fil-kategorija individwali u 20 tim fil-kategorija tar-relay.

L-ewwel atletla li ħareġ mill-baħar wara t-taqsima tal-għawm kien Rudolph Agius (Birkirkara St.Joseph), wieħed mill-favoriti li jirbaħ it-tellieqa. Warajh spiċċa Mark Schram, wiċċ ġdid fix-xena, segwit minn Joseph Galea (Pembroke Athleta).

Kemm Agius kif ukoll Galea rreġistraw ħinijiet imtejba mit-tellieqa tas-sena l-oħra. Tranżizzjoni mgħaġġla minn Schram ratu joħroġ fuq quddiem għat-taqsima tar-rota, mifruxa fuq medda ta’ 90 kilometru.

Hekk kif kompliet tiżvolgi t-tellieqa bdiet tidher l-esperjenza tal-atleti. Galea, li s-sena kiseb is-sitt post kien is-sorpriża ta’ din is-sena. Galea kiseb l-aħjar ħin fit-taqsima tar-rota. Agius wera s-snin ta’ esperjenza tiegħu f’din id-distanza biex jikseb vantaġġ ta’ kwazi tmien minuti fuq Galea u  b’hekk rebaħ ir-raba’ titlu tiegħu fuq din id-distanza. Fit-tielet post kien Michael Bongailas, li għeleb lil favorit ieħor, Josef Bonavia. L-atletla ta’ Birkirkara Saint Joseph, Jesrit Camilleri rreġistra l-aħjar ħin fit-taqsima tal-ġiri.

It-tellieqa tan-nisa kienet affari kemmxejn iktar kwieta  b’ħames atlelti biss. Anjelika Ruggier kienet l-ewwel mara barra mill-ilma, u r-raba in ġenerali.

Noelle Haudenschild kienet it-tieni barra mill-ilma iżda tilfet posta hekk kif żvolġiet it-tellieqa. Ruggier żammet il-vantaġġ miksuba wara l-għawma u żammet l-ewwel post il-ħin kollu.

Għalkemm Maureen Farrugia ma kelliex bidu mgħaġġel, pattiet fit-taqsima tar-rota fejn hi rreġistrat it-tieni l-aħjar ħin f’din it-taqsima. Fit-taqsima tal-ġiri Karen Amato qabdet pass tajjeb sabiex kisbet it-tieni post.

Riżultati – Klassifika Ġenerali

Posiżżjoni Irġiel Nisa
L-Ewwel Rudolph Agius (Birkirkara St. Joseph) Anjelika Ruggier
It-Tieni Joseph Galea (Pembroke Athleta) Karen Amato
It-Tielet Michael Bongailas (TriGozo) Maureen Farrugia

 Riżultati Gruppi Eta – Distanza Individwali

Grupp Eta Irġiel Nisa
18 – 24 Joseph Xuereb Noelle Haudenschild
25 – 29 Jeremy Fenech
30 – 34 Jesrit Camilleri Juliya Azzopardi Mazur
35 – 39 Josef Bonavia
40 – 44 Stefan Borg
45 – 49 Stefan Baluci
50 – 54 Kevin Muscat
55 – 59 Nicky Farrugia
60 – 65 Giovanni Battista Torelli
65+ Allan Lawrence

It-tellieqa laqgħet ukoll lura lil Nicky Farrugia, wieħed mill-veterani tat-triathlon f’Malta li flimkien ma’ Charlie Demanuele, kien wieħed mill-pijunieri fit-triathlon fuq distanzi twal. Fit-tellieqa ħa sehem ukoll Allan Lawrence ta ’75 sena li ta wieħed mill-aħjar eżempji ta’ determinazzjoni li t-tellieqa rat f’dawn l-aħħar snin.

Wieħed jista jiġi skużat li jaħseb li t-tellieqa tar-Relay Team tkun affari inqas kompetittiva madankollu b’timijiet mgħamulin min atletli bħal Hannah Cutajar, Christian Formosa, Mark Zammit, Dillon Cassar, Josann Attard Pulis u Bernard Sant  it-tellieqa kienet ser tkun definittivament affari kompetittiva ħafna. It-tim magħmul minn Hannah Cutajar, Christian Formosa u Dillon Cassar ħadu l-aqwa unuri.

Riżultati – Timijiet Relay

L-Ewwel Post – The Cyclist (Hannah Cutajar (swim), Christian Formosa (bike), Dillon Cassar (run)

It-Tieni Post – Mosta Tritons (Bernard Sant (swim), Mark Zammit (bike), Josann Attard Pulis (run)

It-Tielet Post – BreLewDes – Kristjan Briffa (Swim), Mark Lewis (bike), Mauro Desira (run)

“Ninsabu sodisfatti bir-riżultat tat-tellieqa ta’ din is-sena. Kien hemm xi azzjoni interessanti ħafna, kemm fil-kompetizzjonijiet individwali kif ukoll fir-relay, rajna xi wċuħ ġodda u kif ukoll ftit mill-veterani jerġgħu jikkompetu, ”spjega Charlie Demanuele, Direttur tat-Tellieqa.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Atletika

It-tielet u l-aħħar tellieqa tal-Eurosport BSJ 5k Road Running Series saret nhar it-Tlieta fl-Imtarfa. Is-serje ġiet organizzata mill-Birkirkara St. Joseph Sports Club u saret taħt l-awspiċji tal-Malta Amateur Athletics Association….

Atletika

Atletika: Iċ-Champion Olimpika tal-100m hurdles l-Awstraljana Sally Pearson ħabbret li irtirat uffiċjalment. Din l-aħbar ħasdet lil kulħadd 15 -il xahar qabel il-bidu tal-Olimpijadi ta’ Tokyo 2020. L-Atleta minn Queensland kienet…

Atletika

Iċ-champion Olimpika Dalilah Muhammad waqfet rekord ġdid fl-400 metru hurdles ħin ta’ 52.20 sekonda fix-xita fil-kampjonati nazzjonali tal-Istati Uniti. Il-ħin ta’ Muhammad qabeż lil dak tar-Russa Yuliya Pechonkina li kien…

Atletika

Saret it-tmien edizzjoni tal-Bolivian Skyrace, f’tellieqa iebsa ħafna għall-atleti fil-famuża ‘Highway of Death’ tal-Bolivja. Din hija waħda mill-aktar tlielaq ebsin għaliex l-atleti jridu jitilgħu għoli ta’ 2,100 metru ‘l fuq…

Aktar