Triathlon
Triathlon: Rudolph Agius ta’ Birkirkara St. Joseph’s jikkwalifika għall-Kampjonati tad-Dinja

It-Triatleta tal-Birkirkara St. Joseph Sports Club Rudolph Agius spiċċa fit-tielet post, fil-grupp tal-eta tiegħu,  fit-tellieqa tal-Ironman 70.3 ġewwa l-Oman, nhar is-Sibt li għadda.

Agius spiċċa it-tellieqa f’erbgħa siegħat, tmienja u għoxrin minuta u tlieta u għoxrin sekonda biex spiċċa fit-tielet post fost 118 triatleti fil-grupp tal-eta tiegħu u fil-ħmistax il-post minn 577 parteċipant.

L-atleta tal-Klabb Karkariż spiċċa l-għawma ta’ 1.9 kilometru fil-port tal-belt ta’Oman, f’ħin ta’ 30 minuta u 8 sekondi u b’hekk stabilixxa ruħu fit-tielet post tal-grup tiegħu. Fit-taqsima tar-rota, li kienet tikkonsisti f’rotta ta’ 90 kilometru u li spiċċa f’ħin ta’ sagħtejn, seba u għoxrin minuta u erba u hamsin sekonda,  Agius tilef it-tielet post li kiseb fil-bidu tat-taqsima izda Agius ta’ prestazzjoni qawwi fin-nofs maratona li fiha rreġistra ħin ta’ siegħa, 25 minuta u 34 sekonda. B’dan il-ħin Agius reġa kiseb it-tielet post.

B’dan ir-riżultat, Agius kiseb post fit-tellieqa prestiġjuża tal-kampjonati tad-Dinja tal Ironman 70.3 li ser jsiru gewwa Nizza, Franza fit-tletin ta’ Ġunju ta’ din is-sena.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Triathlon

It-Triathlon Ocean Lava Malta, li hija wkoll il-Kampjonat Nazzjonali tat-Triathlon fuq distanza twila, se ssir il-Ħadd 19 ta’ Mejju fuq it-Triq tal-Kosta tas-Salina. It-tellieqa li tikkonsisti f’1.9km għawm, 90km bir-rota…

Triathlon

Riżultati mill-kompetizzjoni Duathlon organizzata mill-Malta Triathlon Federation il-Ħadd 17 ta’ Marzu 2019. Fit-triq tas-Siġġiewi li kienet tintuża bħala runway mil-militar fil-passat, il-Federazzjoni Maltija tat-Triathlon organiżżat Duathlon liema kompetizzjoni rat lil…

Triathlon

  It-Triatleta Hannah Pace illum ħadet sehem fit-tellieqa Ironman 70.3 f’Dubai, meta fil-kategorija tal-25-29 sena. Din il-kategorija hija meqjusa bħala waħda mill-iktar iebsin mill-kategoriji kollha u rat lil Pace tikkompeti…

Aktar