Triathlon
Triathlon: Shaun Galea, Margaret Seguna jirbħu it-tielet tellieqa tal-Birkirkara St. Joseph Sprint Series

L-azzjoni ma naqqsitx nhar il-Ħadd fit-Triq tal-Kosta ta’ Salina meta saret it-tielet tellieqa tal- Birkirkara St. Joseph Sprint Triathlon Series. B’kompetizzjoni akkanita matul it-tellieqa kollha, fl-aħħar kienu Shaun Galea u Margaret Seguna li b’prestazzjonijiet soda rebħu u ħadu l-għola postijiet fuq il-podju.

It-tellieqa bdiet b’għawma ta’ 750 metru. Din saret f’baħar kalm fejn kien Bernard Sant li ħareġ mill-ilma l-ewwel f’10 minuti 39 sekonda. Warajħ kienu Nikol Micallef u Shaun Galea li ħarġu mill-ilma flimkien fi 11-il minuta u sitt sekondi. It-tranżizzjoni mgħaġġla ta’Galea ratu joħroġ fuq quddiem għar-rotta ta’20km bir-rota, taqsima li spiċċa f’ħin ta’ 32 minuta 19-il sekonda. Galea kompla jagħti prestazzjoni b’saħħitha sabiex jlesti it-tellieqa f’ħinta’ 1 siegħa 3 minuti u 37 sekonda. Is-sorpriża tal-ġurnata kienet Martin Jessup li, minkejja li ħareġ fis-sitt post mill-ilma, bil-mod il-mod mexa fuq quddiem biex jieħdu t-tieni post, ħmistax-il sekonda wara Galea. Sorpriża oħra kienet ta’ Darrel Schembri li ħa l-ewwel podju tiegħu, fit-tielet post meta spiċċa f’ħin ta’siegħa ta ‘seba’ minuti u tnax-il sekonda.

Nicholas Micallef li rritorna lejn it-triathlon wara waqfa qasira rreġistra l-aħjar ħin fit-taqsima tar-rota,  filwaqt li Jesrit Camilleri rreġistra l-aħjar ħin fil-ġirja.

Margaret Seguna rebħet it-tieni podju tagħha tas-Serje b’rebħa komda fuq Lara Buttigieg u Anjelika Ruggier, li ħadu it-tieni u it-tielet post rispettivament. Mill-bidunett, Seguna stabillixiet il-pass, minkejja li biss erbatax-il sekonda sseparawha minn Ruggier fl-għawm. Seguna kompliet biex jirreġistra prestazzjoni tajba fuq ir-rota sabiex tiżgura il-posiżżjoni fuq quddiem sa’tmiem it-tellieqa. Seguna reġistrat ħin ta’ siegħa u għaxar minuti u sebgħa u tletin sekonda. It-taqsima tar-rota kienet determinanti għal-Lara Buttigieg sabiex hi tikseb it-tieni post, sitt minuti wara Seguna. Anjelika Ruggier, wara li waqgħet għall-ħames post fit-taqsima tar-rota kellha taħdem bis-sod għat-tielet post. Ruggier irreġistrat l-aħjar ħin tal-ġirja fost il-kompetituri nisa.

Prestazzjoni notevoli ngħatat miż-żagħżugħa Callie Hock li fid-debutt tagħha żammet it-tielet post fl-għawma u s-sezzjoniji taċ-ċikliżmu. Hock waqgħet fir-raba post fil-ġirja tal-ħames kilometri, iżda il-prestazzjoni komposta tagħha kienet waħda ta min jinnota u din l-atleta possibilment naraw riżultati tajbin fil-futur.

Il-Preżentazzjoni tal-midalji lil-ewwel tlett irġiel u nisa ġew mogħtija mir-rappreżentanti tal-Birkirkara St. Joseph Sports Club u Garmin Malta, Maria Vella-Galea u Mark Gaglione rispettivament immedjetament wara it-tellieqa. .

It-tellieqa finali tal-Birkirkara St. Joseph Sprint Triathlon se ssir nhar il-Ħadd 23 ta’ Settembru. It-tellieqa ser  isservi wkoll bħala l-Kampjonati Nazzjonali tas-Sprint Triathlon u ser issir fit-Triq tal-Kosta tas-Salina. It- tellieqa tibda fi 08:00 ta’ filgħodu.

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Triathlon

Triathlon: Intemmet it-tappa li saret f’Malta tas-Super League Triathlon bil-finali ta-Equalizer kemm tal-irġiel u anke tan-nisa. Il-Franċiż Vincent Luis rebaħ id-deheb sewgiet mil-atketa mill-Afrika ta’ isfel Henri Schoman li spiċċa…

Triathlon

Iċ-Ċampion Nazzjonali tat-Triathlon Hannah Pace, għal darb’oħra għamlet unur lil-Malta meta hija kienet l-iżgħar mara Maltija li tikkompetit f’tellieqa Ironman (3.8km għawm, 180km bir-rota, ġirja ta’42km). Pace stabilixxiet Rekord Nazzjonali…

Aktar