Triathlon
Triathlon: Suċċess ieħor għat-triatleta Hannah Pace fDubai tidħol fit-tieni post fl-Ironman 70.3

 

It-Triatleta Hannah Pace illum ħadet sehem fit-tellieqa Ironman 70.3 f’Dubai, meta fil-kategorija tal-25-29 sena. Din il-kategorija hija meqjusa bħala waħda mill-iktar iebsin mill-kategoriji kollha u rat lil Pace tikkompeti ma ħamsa u tletin atleta nisa oħra.

Din hija l-ħames tellieqa Ironman 70.3 ta’ Pace u dan huwa il-ħames podju li kisbet fuq din id-distanza li tikkonsisti f’għawma ta’ 1.9 kilometru, rotta fuq 90 kilometru bir-rota u nofs maratona.

It-tellieqa bdiet bl-għawma fil-baħar f’Jumeirah Public Beach. Pace  kienet it-tielet mara li ħarġet mill-ilma f’ħin ta’ 28 minuta u 59 sekonda.

Din ġiet segwita minn 90 kilometru fuq ir-rota mifruxa fuq żewġ dawriet ta’ 45 kilometru fil-qalba tal-belt qabel ma ħarġu lejn id-desert. Ir-rotta ċatta kienet waħda magħġġla li tat ftit ċans ta’ mistrieħ għall-atletli.  Pace spiċċat din it-taqsima f’ħin ta’ sagħtejn, disa’ u għoxrin minuta u seba u tletin sekonda – pass ta’ madwar 36.16 kilometru fis-siegħa. Matul it-tellieqa is-sħana, li laqħet madwar 30 grad, bdiet tolqot lil ħafna atleti. Ir-rotta ta’ 21km ġiri madwar Jumeirah Public Beach kienet sfida iebsa u Pace stqarret li ħawn daħlet il-ħila mentali wkoll. Pace temmet it-tellieqa f’ħin totali ta’ 4 sigħat 49 minuta u 44 sekonda. B’da ir-riżultat hi ħadet it-tieni post fil-kategorija tagħha.

“Din ċertament ma kienitx l-aktar tellieqa faċli. Minbarra l-fatt li din kienet tellieqa off season għalija l-preparazzjonijiet saru f’kundizzjonijiet tax-xitwa Maltija u għalhekk is-sħana ta’ Dubai kienet daqsxejn ta’ xokk għas-sistema tiegħi. Madanakollu ninsab soddisfatta ħafna bil-prestazzjoni tiegħi llum u kuntenta li erġajt ġibt trofej f’isem Malta għal darb’oħra! ” temmet Pace wara it-tellieqa. Il-parteċipazzjoni ta’ P ace fil-Ironman 70.3 saret possibbli permezz ta’ l-appoġġ ta’ Garmin Malta, Eurosport Malta, il-Kumitat Olimpiku Malti, Triathlon Malta u Team Barry.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Triathlon

Iċ-Ċampjin Nazzjonali tat-Triathlon, Hannah Cutajar kitbet isimha fl-istorja tat-Triathlon Malti meta dalgħodu kisbet rebħa impressjonanti European Triathlon Sprint Age Group Championships li saru fil- Kazan, Russia. Cutajar kisbet ir-rebħa fost…

Triathlon

It-tieni tellieqa tal-Go & Fun BSJ Sprint Triathlon Series saret il-Ħadd li għadda ġewwa Triq il-Kosta tas-Salina. Tellieqa li tikkonsisti f’għawma ta’ 750 metru, 20 kilometru bir-rota u ġirja ta’…

Triathlon

B’kontinġent ta’ 10 atleti u 2 coaches, Triathlon Malta ħadet sehem fil-kampjonati Ewropej tat-Triathlon li ttellgħu mill-ETU European Triathlon Union fil-belt ta’ Weert, fl-Olanda. Dawn il-kampjonati saru fuq id-distanza Standard,…

Aktar