Futbol lokali
Trustin Farrugia Cann ser jikkontrolla logħba mill-UEFA Europa Conference League

Ir-referee Trustin Farrugia Cann ġie appuntat biex jikkontrolla l-logħba mill-UEFA Europa Conference League bejn FC Flora (EST) – Gent (BEL). Ir-referee Farrugia Cann ser ikun assistit minn Luke Portelli u Duncan Sultana, filwaqt li r-raba’ uffiċjal ser ikun Philip Farrugia.

Il-konfront ser jintlagħab fil-kapitali Estonjana, Tallinn fis-18:45.

Il-logħba li ser tintlagħab nhar il-Ħamis li ġej fl-Istadium ta’ Lillekula.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA