Table Tennis
Tournament internazzjonali tat-table tennis f’Malta fi tmiem il-ġimgħa

Fi tmiem din il-ġimgħa, l-assoċjazzjoni Maltija tat-table tennis se torganizza tournament internazzjonali bis-sehem ta’ tmien pajjiżi.

L-avveniment ingħata bidu llejla bi training camp ta’ jumejn għat-timijiet nazzjonali Maltin u t-timijiet mill-pajjiżi l-oħra: il-Kosovo, Wales, Ċipru, il-Gżejjer Faroe, il-Libanu, l-Irlanda u n-Norveġja.

It-tournament innifsu jiftaħ il-Ħamis u jkompli l-Ġimgħa bil-kompetizzjonijiet tat-timijiet: bl-events tas-singles skedati għas-Sibt u l-Ħadd.

Malta se tkun rappreżentata minn erba’ timijiet fil-kategoriji tan-nisa u tal-irġiel taħt is-16 u taħt it-18-il sena.

Mistieden speċjali għall-avveniment, l-ex-player Belġjan rebbieħ ta’ diversi unuri Jean-Michel Saive, kif ukoll il-president tal-Federazzjoni tat-Table Tennis tal-Commonwealth Vivek Kohli.

Il-pubbliku huwa mistieden mingħajr ħlas għal-logħob fil-gym tal-Università.

Miktub minn...
Chris Cassar
Aħbarijiet Oħra
Table Tennis

L-Akkademja tat-Table Tennis HiTT organizzat maratona ta’ 30 siegħa bl-iskop biex jinġabru fondi b’risq l-istrina. Il-HiTT Academy li hi mmexxija millplayer veteran Mario Genovese ilha torganizza din il-maratona għal dawn…

Ġie fi tmiemu t-tieni ranking Tournament organiżżat mill-Malta Table Tennis Association. Diversi players ikkompetew fil-kategoriji rispettivi tagħhom kontra xulxin biex jirbħu l-punti u javvanzaw fil-klassifika. Kif kien mistenni l-kategorija seniors…

Bi preparament għall-iskola sajf u bħala tmiem l-istaġun tal-logħob, Topspin Table Tennis Academy organizzat ir-raba’ ranking tournament matul ix-xahar ta’ Ġunju; liema tournament ra parteċipazzjoni numeruża minn kull kategorija ta’ 39 student….

Aktar