Futbol internazzjonali
TVMSport: Illejla programm speċjali fid-20.45 fuq TVM2 dwar tliet partiti klassiċi tal-UEFA Champions League

Illejla fid-20:45 fuq TVM2, programm speċjali ta’ TVMSport bil-highlights ta’ tliet partiti klassiċi tal-UEFA Champions League: Manchester Utd – Real Madrid mill-2003, Barcelona – Paris Saint-Germain mill-2017, u Ajax – Tottenham mill-istaġun li għadda.

Il-programm tal-lejla jagħmel parti minn skeda ta’ programmar speċjali li qed iħejji TVMSport għalikom id-dilettanti tal-isport lokali u intenazzjonali għal dawn il-jiem fejn l-avvenimenti sportivi diretti sfortunatament naqsu.

Fiż-żmien li ġej TVMSport se jkun qed ixandar diversi programmi speċjali oħra b’siltiet minn partiiti storiċi tal-kampjonat Malti tal-football u l-FA Trophy, tat-team nazzjonali Malti, kif ukoll partiti internazzjonali klassiċi fosthom finali passati tat-Tazza tad-Dinja.

Mhumiex se jonqsu programmi dwar sport ieħor bhal perezempju r-Regatta, motorsport u oħrajn. Dettalji jingħataw minn ġurnata għal oħra fil-paġni sportivi ta’ tvm.com.mt

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Jekk kontu taħsbu li l-football kollu madwar id-Dinja jinsab wieqaf sejrin żbaljati għaliex fl-Ewropa eżattament fil-Belarus il-kampjonat tal-ogħla diviżjoni għadu għaddej. Bit-teams ta’ BATE Borisov u Dinamo Minsk l-iktar popolari…

Futbol internazzjonali

Il-players tal-football fil-Brażil se jkollhom vaganza twila kollox imħallas tal- inqas għal tliet ġimgħat minħabba l-coronavirus. Kollox qed jindka li l-Football fil-Brażil jinsab ukoll affetwat bil-virus u l-kampjonati jidher li…

Futbol internazzjonali

Il-Club tal-Premier Ingliż Manchester City se jkunu qed ipoġġi għad-dispożizzjoni tal-NHS (National Health Service) parti sostanzjali tal-Etihad Stadium. Bħala parti mill-għajnuna li Manchester City se jkunu qed jagħtu lill-NHS se…

Futbol internazzjonali

Il-President tal-UEFA Aleksander Ceferin għamilha ċara għall-ewwel darba kemm ilha li li ggravat il-kriżi COVID-19 bil-konsegwenza li waqfu l-kampjonati domestiċi li jekk dawn ma jistgħux jitkomplu sa Ġunju jistgħu jkunu dikjarati…

Aktar