Boxing
Tyson Fury għandu l-Covid-19 … il-ġlieda ma’ Deontay Wilder posposta

Il-ġlieda bejn Tyson Fury u Deontay Wilder kienet posposta minħabba li ċ-champion dinji tal-heavyweight flimkien ma’ xi membri tat-tim tiegħu rriżultaw pożittivi għall-Covid-19.

Id-djar tal-midja fir-Renju Unit u fl-Istati Uniti qed jgħidu li l-ġlieda ser issir f’Ottubru ta’ din is-sena. Skont il-BBC, Fury kien iffrustrat għall-aħħar li ma jistax jiġġieled lil Deontay Wilder. Jidher li Fury irriżulta pożittiv għall-coronavirus il-Ħamis.

Il-ġlieda bejn Fury u Wilder kienet ser issir f’Las Vegas, fejn fiż-żewġ ġlidiet ta’ qabel, waħda ntrebħet mill-Brittaniku u l-oħra ntemmet f’parità.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA