Boxing
Tyson Fury u Deontay Wilder se jerġgħu jiġġieldu fi Frar

Boxing Internazjonali: Iż-żewġ boxers tal-kategorija Heavyweight Tyson Fury u Deontay Wilder se jkunu qed jiġġieldu kontra xulxin fit-22 ta’ Frar li ġej.

Il-ġlieda li se ssir f’Las Vegas’ fl-MGM Grand se tkun ir-rematch tant mistennija wara li kważi sentejn ilu dawn iż-żewġ boxers kienu ssieltu għat-titlu WBC heavyweight bil-ġlieda bilanċjata tiġi fi draw iżda ċ-ċintorin kien ħadu Wilder wara deċiżjoni kontroversjali bil-polza.

Iż-żewġ boxers ftehmu li jużaw il-profili tagħhom tat-Twiter biex jikkonfermaw il-ġlieda.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.