Futbol internazzjonali
U21: Il-Ġimgħa Malta – Belġju fil-5pm fis-Centenary Stadium

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena joħroġ ifittex l-ewwel punti fi Grupp 6 ta’ kwalifikazzjoni għall-kampjonat Ewropew tal-kategorija meta l-Ġimgħa wara nofsinhar fis-Centenary Stadium Ta’ Qali jilqa’ lill-Belġju. Minn seba’ logħbiet għal Malta s’issa seba’ telfiet, anke jekk ħafna minnhom bi skor minimu. Il-coach Silvio Vella qal li l-players wieġbu tajjeb tul il-ġimgħa taħriġ li kellhom qabel il-partita: issa jittama li l-preparazzjoni ssarraf fuq il-pitch għalkemm jaf li mhux se tkun faċli kontra team li qed jisfida għall-kwalifikazzjoni għall-fażi finali.

Il-Captain tat-team Jake Grech ukoll stqarr li se tkun partita diffiċli.

Silvio Vella ma jidhirx li għandu problemi ta’ formazzjoni minkejja li tilef żewġ players regolari Juan Corbolan u Joseph Mbong li qegħdin mal-iskwadra tal-kbar fil-Gżejjer Faroe. Malta – Belġju tibda fil-5 u tista’ tiġi segwita diretta permezz ta’ link fuq tvm.com.mt/sport.

Miktub minn...
Sandro Micallef
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

L-Erbgħa ntlagħbu tmien partiti oħra mill-ewwel ġurnata tal-kompetizzjoni biex b’hekk, issa kull tim f’din il-kompetizzjoni lagħab partita waħda. Minn Grupp E, Ajax għelbu lil AEK Athens bi skor ta’ 3-0….

Futbol internazzjonali

L-istilla Arġentina Diego Maradona kellu l-ewwel konferenza tal-aħbarijiet wara li t-tim tiegħu Messikan Dorados ħa l-ewwel rebħa fil-kampjonat kontra Cafetaleros de Tapachula bi skor ta’ 4-1. Maradona qal li s’issa…

Futbol internazzjonali

UEFA Champions League: tibda l-fażi tal-gruppi b’rebħiet tajba għal Inter, Barcelona, u Liverpool: dawn tal-aħħar f’partita ta’ ħames goals f’Anfield. Fil-Giuseppe Meazza Inter dehru resqin lejn diżappunt ieħor wara bidu…

Futbol internazzjonali

UEFA Champions League 2018/19 GruppB Barcelona……4 PSV……………0 Fl-ewwel żewġ logħbiet li ntlgħabu fis-6.55pm rebħiet għal Barcelona u Inter rispettivament. Fi Spanja, Barcelona ltaqgħu kontra PSV Eindhoven, rebħa ta’ 4-0 favur…

Aktar