X

U21: Il-Ġimgħa Malta – Belġju fil-5pm fis-Centenary Stadium

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena joħroġ ifittex l-ewwel punti fi Grupp 6 ta’ kwalifikazzjoni għall-kampjonat Ewropew tal-kategorija meta l-Ġimgħa wara nofsinhar fis-Centenary Stadium Ta’ Qali jilqa’ lill-Belġju. Minn seba’ logħbiet għal Malta s’issa seba’ telfiet, anke jekk ħafna minnhom bi skor minimu. Il-coach Silvio Vella qal li l-players wieġbu tajjeb tul il-ġimgħa taħriġ li kellhom qabel il-partita: issa jittama li l-preparazzjoni ssarraf fuq il-pitch għalkemm jaf li mhux se tkun faċli kontra team li qed jisfida għall-kwalifikazzjoni għall-fażi finali.

Il-Captain tat-team Jake Grech ukoll stqarr li se tkun partita diffiċli.

Silvio Vella ma jidhirx li għandu problemi ta’ formazzjoni minkejja li tilef żewġ players regolari Juan Corbolan u Joseph Mbong li qegħdin mal-iskwadra tal-kbar fil-Gżejjer Faroe. Malta – Belġju tibda fil-5 u tista’ tiġi segwita diretta permezz ta’ link fuq tvm.com.mt/sport.

Sandro Micallef :Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama.