Futbol internazzjonali
UCL: Ajax jeliminaw lil Real Madrid u jingħaqdu ma’ Tottenham fil-kwarti tal-finali

UEFA Champions League 2018/19
Fażi tal-aħħar 16, it-2 leg (0-3)
Signal Iduna Park

Borussia Dortmund……0
Tottenham Hotspur…..1
(aggregate score 0-4)

Tottenham jagħmluha għall-kwarti tal-finali f’din il-kompetizzjoni hekk kif jeliminaw lil Borussia Dortmund b’aggregate ta’ 4-0 hekk kif fil-Ġermanja, l-Ispurs rebħu 1-0.

Fl-34min kien hemm ave spettakolari ta’ Hugo Lloris fuq tentattiv ta’ Mario Goetze li patta bil-kbir għal żball preċedenti.
Mal-ftuħ tat-tieni taqsima Tottenham imoru minn fuq 1-0 b’goal ta’ Harry Kane goal li kellu jkun l-uniku goal tal-logħba.

 

UEFA Champions League 2018/19
Fażi tal-aħħar 16, it-2 leg (2-1)
Estadio Santiago Bernabeu

Real Madrid….1
Ajax…………….4
(aggregate score 3-5)

U Ajax joħolqu s-sorpriża sa issa f’din il-fażi hekk kif dawwru r-riżultat minn telfa ta’ 2-1 fl-ewwel leg għal rebħa u kwalifikazzjoni bl-aggregate score ta’ 5-3 kontra t-team li din it-Tazza u din il-kompetizzjoni hija kważi sinonima miegħu Real Madrid.

Real Madrid jolqtu l-lasta mill-ewwel wara 4minuti permezz ta’ Raphael Varane. Fit-8minuta Ajax minn fuq 1-0 permezz ta’ Hakim Ziyech .
Fit-18 -il minuta David Neres jiskorja għal 2-0. Gareth Bale li kien għadu kif dieħel bħala sostitut ikun sfortunat li jolqot il-lasta fit-43minuta.
Fit-tieni taqsima Karim Benzema jgħaddi tajjeb iżda l-konklużjoni tiegħu tispiċa ftit barra. Fit-62min Dusan Tadic b’goal sabiħ jagħmel l-iskor 3-0 bil-goal ikun assenjat wara l-VAR review minħabba li kien hemm id-dubbju jekk fl-azzjoni li wasslet għal goal il-ballun marx barra jew le. Fis-70min Marco Asensio idaħħal tama għall-Madrileni għal 3-1.
Iżda wara żewġ minuti Lasse Schoene minn free kick għamel l-iskor 4-1. Fit-83min opportunita’ oħra ta’ score għal Real madrid, Modric lejn Benzema li ma jolqotx, ballun għand Bale li ma jikkonkludiex tajjeb. Real Madrid spiċċaw jilagħbu b’10 players hekk kif fl-aħħar tkeċċa Nacho Fernandez.

Miktub minn...
TVM Sport
.