Futbol internazzjonali
UCL – Atletico Madrid u Man City jagħmlu pass tajjeb lejn il-kwalifikazzjoni

Fi Stadio Wanda Metropolitano, li fl-1 ta’ Ġunju se jospita l-finali taċ-Champions League, Atletico Madrid għelbu lil Juventus bl-iskor ta’ 2-0. Neqsin għaċ-champions Taljani l-plejers Juan Cuadrado li ilu barra diversi ġimgħat u Sami Khedira, li baqa’ Turin minħabba xi problemi f’qalbu. Ir-referee tal-partita se jkun Felix Zwayer tal-Ġermanja.

L-ewwel azzjoni wara disa’ minuti meta free kick mid-distanza bil-gowlkeeper ta’ Atletico Oblak idawwar f’korner.Tlett minuti wara corner ta’ Pjanic u daqqa ta’ ras minn Bonucci għaddiet ftit għolja.Fil-15 il-minuta risposta ta’ Atletico b’xutt fil-baxx ta’ Thomas li Szczesny salva. Biex fid-29 min free kick ta’ Griezmann b’Szczesny jdawwar f’korner.

Atletico bdew it-tieni taqsima fuq l-offensiva hekk kif fil-50 minuta Diego Costa waħdu quddiem Szczesny ikkonkluda barra. Biex fit-53 minuta lob ta’ Griezmann kien salvat mill-gowlkeeper ta’ Juventus għal fuq il-mimduda. Fis-70 minuta Atletico sabu x-xibka hekk kif minn kross ta’ Filipe Luis kien Alvaro Morata li b’daqqa ta’ ras stupenda sab ix-xibka iżda l-gowl ġie mħassar għall-fawl fuq Chiellini wara konsultazzjoni mal-VAR. Fit-78 minuta Atletico fetħu l-iskor meta minn azzjoni ta’ korner kien Gimenez li sab ix-xibka wara taħwida fil-kaxxa. Huma rduppjaw fit-83 minuta meta wara free kick ta’ Griezmann kien Diego Godin li spara l-ballun fix-xibka.

U fil-Ġermanja, Manchester City għelbu lil Schalke bl-iskor ta’ 3-2. L-Ingliżi fil-vantaġġ fit-18 il-minuta hekk kif David Silva tefa’ ballun fil-kaxxa fejn daħal Sergio Aguero li poġġa l-ballun fix-xibka. Fit-38 minuta Otamendi deher imiss il-ballun b’idu fil-kaxxa bir-referee jordna penalty biex mill-ħdax il-metru kien Nabil Bentaleb li kkonverta. U mal-45 minuta penalty ieħor għal Schalke hekk kif Fernandinho ġibed lil Sane fil-kaxxa bir-referee jordna t-tieni penalty għall-Ġermaniżi u l-istess Nabil Bentaleb ma’ falliex. City kellhom lil Otamendi mkeċċi għat-tieni karta safra fit-68 minuta iżda minkejja dan huma kisbu l-gowl tad-draw minn free kick stupend ta’ Leroy Sane. Mad-90 minuta Raheem Sterling skorja l-gowl tar-rebħa drammatika għal City.

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Bob Higgins, l-ex Youth Development Officer tal-Malta Football Association, instab ħati fuq 45 kap ta’ akkuża ta’ abbuż sesswali fuq 23 tifel. Higgins kien ingħata din il-kariga fl-MFA f’Lulju tal-1989…

Futbol internazzjonali

Skont il-manager ta’ Tottenham Hotspur, Mauricio Pochettino, it-tim li jirnexxielu jżomm kompost fil-grawnd u ma jħallix l-emozzjonijiet jiġru bih, se jirbaħ il-finali taċ-Champions League fl-1 ta’ Ġunju li ġej. Skont…

Futbol internazzjonali

Polonja 0 Kolombja 2 Il-pajjiż ospitu, il-Polonja, bdew l-esperjenza tagħhom f’din it-Tazza tad-Dinja fuq sieq waħda meta fil-logħba inawgurali tilfu kontra l-Kolombja bl-iskor ta’ 2-0. Il-gowls tal-Kolombja kienu skurjati wieħed…

Futbol internazzjonali

L-ex stilla Arġentin Diego Armando Maradona kien imwaqqaf l-ajruport ta’ Buenos Aires u aktar tard kien arrestat wara li l-ex maħbuba tiegħu qiegħda tfittxu bil-Qorti. Rapporti li ħerġin mill-Arġentina qegħdin…

Aktar