Futbol internazzjonali
UCL: Juventus jiddominaw fl-Iżvezja, Bayern Munich fi klassi għalihom fi Spanja, Manchester United jiddeludu fl-Iżvizzera

UEFA Champions League: Bdiet il-kompetizzjoni għal dan l-istaġun bl-ewwel tmien partiti mill-gruppi rispettivi.

GRUPP E

Barcelona…0                   Bayern Munich…3

Bayern Munich jirbħu fin-Nou Camp fi Spanja kontra Barcelona bi skor ta’ 3-0. Thomas Mueller fetaħ l-iskor għall-Ġermaniżi fit-33 minuta u Robert Lewandowski rdoppja fis-56 minuta. It-tielet gowl għal Bayern Munich jerġa’ jiskurjaħ l-attakkant Pollakk fil-85 minuta.

Dynamo Kiev…0            Benfica…0

L-ebda gowl fl-Ukrajna bejn Dynamo Kiev u Benfica.

 

GRUPP F

Young Boys…2                 Manchester United…1

Minn Grupp F, Young Boys b’sorpriża kbira hekk kif għelbu lil Manchester United bi skor ta 2-1. Il-gowl tal-vantaġġ għar-Red Devils jiskurjaħ ħadd ħlief Cristiano Ronaldo fit-13-il minuta. Ir-Red Devils lagħbu għal ħafna mill-ħin bi plejer inqas wara li għalihom tkeċċa Wan-Bissaka fil-35 minuta. Il-gowl tad-draw għal Young Boys jiskurjaħ Nicolas Ngamaleu fis-66 minuta. Young Boys skurjaw il-gowl tar rebha fil-95 minuta minn Siabatechu.

Villareal…2            Atalanta…2

Draw ta’ 2-2 fi Spanja bejn Villareal u Atalanta. Il-Bergamaschi fil-vantaġġ b’gowl ta’ Freuler wara 6 minuti logħob. Trigerues ġab id-draw ftit qabel tmiem l-ewwel taqsima. Villareal imorru fil-vantaġġ b’gowl ta’ Danjuma fit-73 minuta iżda Atalanta jġibu l-gowl tad-draw 10 minuta wara b’gowl ta’ Gosens.

 

GRUPP G

Sevilla…1              Salzburg…1

Minn Grupp G fi Spanja, draw ta’ 1-1 bejn Sevilla u Salzburg. L-Awstrijaċi fil-vantaġġ minn gowl ta’ Luca Susuc minn penalty fil-21 minuta. L-Ispanjoli jġibu d-draw minn penalty ieħor ta’ Ivan Rakitic fit-42 minuta.

 Lille…0                  Wolfsburg…0

L-ebda gowl fil-partita fi Franza bejn Lille u Wolfsburg.

 

GRUPP H

Chelsea…1            Zenit St Petersburg…0

Chelsea jirbħu fi Stambford Bridge ta’ Londra bi skor ta’ 1-0. Il-gowl tal-partita jiskurjaħ Romelu Lukaku fiud-69 minuta.

Malmoe…0            Juventus…3

L-ebda problema għal Juventus li fl-Iżvezja ddominaw u għelbu lil Malmoe bi skor ta’ 3-0. Il-Bianconeri fil-vantaġġ b’gowl ta’ Alex Sandro fit-23 minuta. Huma rduppjaw minn penalty ta’ Paolo Dybala mal-45 minuta u fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima Alvaro Morata jagħmilhom 3-0.

Miktub minn...
TVM Sport