Futbol internazzjonali
UCL: Juventus jitilfu kontra Lyon. Issa kollox għas-17 ta’ Marzu

UEFA CHAMPIONS LEAGUE 2019/20
Fażi tal-aħħar 16. L-ewwel leg

Lyon………….1
Juventus……0

Olympique Lyon jirreġistraw rebħa sofferta iżda importanti kontra Juventus fi Franza fil-Groupama Stadium bl-iskor ta’ 1-0 b’goal skorjat fl-ewwel taqsima ta’ Lucas Tousart wara azzjoni mibnija tajjeb.

Wara li fl-ewwel taqsima Juventus iddiżappuntaw bil-kbir huma kellhom reazzjoni aċettabbli fit-tieni taqsima fejn għafsu ferm għad-draw iżda sabu difiża soda.

B’hekk it-team ta’ Rudi Garcia se jieħdu miegħu f’Turin vantaġġ ta’ goal għat-tieni leg fl-Allianz Stadium fis-17 ta’ Marzu.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Fir-Russja l-player ta’ Zenit St Petersburg Malcom irċieva l-unur tal-player tax-xahar għal Marzu permezz tad-drone li wassallu t-trofew dirattament fit-tieqa tal-appartament tiegħu. Malcom kellu injury twila li ħallietu barra mill-kampjonat…

Futbol internazzjonali

Fi Spanja, kriżi fl-amministrazzjoni tal-Club ta’ Barcelona. Dalgħodu permezz ta’ ittra pubblika sitt membri tal-Board tal-Club irriżenjaw wara li huma għamlu żewġ akkużi fil-konfront tal-President Josep Maria Bartomeu. Is-sitt membri…

Futbol internazzjonali

Żvolta interessanti fuq l-aħħar direttiva tal-FIFA dwar dawk il-players professjonali li se jkollhom il-kuntratt tagħhom li se jiġi fi tmiemhu fi tmiem dan l-istaġun. Il-FIFA ftit tal-jiem ilu qalet li…

COVID-19 Sports

L-ex plejer ta’ Liverpool Jamie Carragher, ingħaqad mal-ex stilel ta’ Manchester United Gary Neville u Ryan Giggs, f’messaġġi t’inkoraġġiment għal pajjiżna fil-ġlieda kontra l-coronavirus. Flimkien ma’ maltatogether.com, l-ex plejers qegħdin…

Aktar