Futbol internazzjonali
UCL: L-ebda problema għal Juventus, Roma jirbħu Grupp Ċ, Bayern jegħlbu lil PSG

Grupp A

Benfica 0 – Basel 2

Basel marru fil-Portugall u rebħu kontra l-Benfica bi skor ta’ 2-0. Basel fil-vantaġġ fil-ħames minuta minn gowl ta’ Mohamed Alyounoussi. Huma rduppjaw fit-tieni taqsima b’gowl fil-65 minuta ta’ Dimitri Oberlin.

Manchester Utd 2 – CSKA Moscow 1

Manchester United rebħu f’Old Trafford bi skor ta’ 2-1 biex baqgħu juru superjorità assoluta f’dan il-grupp. Kienu CSKA Moscow marru fil-vantaġġ Alan Dzagoev eżatt qabel il-mistrieħ. Ir-Red Devils ġabu d-draw minn gowl ta’ Romelo Lukaku fil-65 minuta u skurjaw it-tieni gowl żewġ minuti wara minn Marcus Rashford.

Kwalifikati UCL – Manchester United u Basel.

Kwalifikati UEL – CSKA Moscow

Eliminati – Benfica

 

Grupp B

Bayern Munich 3  – PSG 1

Bayern Munich għelbu lil PSG bi skor ta’ 3-1. Huma ħadu 8 minuti biex fetħu l-iskor minn Robert Lewandowski u rduppjaw fis-37 minuta minn Corentin Tolisso. Il-Franċiżi daħlu xi ftit fil-partita b’gowl ta’ Kylan Mbappe fil-50 minuta iżda l-Ġermaniżi skurjaw gowl ieħor mill-istess Tolisso fid-69 minuta.

Celtic 0 – Anderlecht 1

Celtic tilfu f’darhom kontra l-Belġjani ta’ Anderlecht b’auto gowl uniku skurjat minn Jozo Simunovic.

Kwalifikati UCL – PSG u Bayern Munich

Kwalifikati UEL – Celtic

Eliminati – Anderlecht

 

Grupp Ċ

Chelsea 1 – Atletico Madrid 1

Chelsea ħadu draw fi Stambford Bridge fi draw ta’ 1-1 kontra Atletico Madrid. L-Ispanjoli fil-vantaġġ b’gowl ta’ Saul Niguez fis-56 minuta. Il-Blues iġibu d-draw minn auto goal ta’ Stefan Savic.

Roma 1 – Qarabag FK 0

Roma għelbu lil Qarabag FK b’gowl uniku skurjat minn Diego Perotti fit-53 minuta.

Kwalifikati UCL – Roma u Chelsea

Kwalifikati UEL –Atletico Madrid

Eliminati – Qarabag

 

Grupp D

Barcelona 2 – Sporting Club 0

Barcelona fin-Nou Camp għelbu lil Sporting bi skor ta’ 1-0. Il-gowl tal-partita skurjaw Francino Alcacer fid-59 minuta. Barcelona jżidu ieħor fid-90 minuta minn auto goal ta’ Jeremy Matthieu.

Olympiakos 0 – Juventus 2

Juventus rebħu fil-Greċja kontra Olympiacos bi skor ta’ 2-0. Huma fetħu l-aħjar u marru fil-vantaġġ mal-kwarta logħob b’gowl ta’ Juan Cuadrado u rduppjaw fid-90 minuta minn Federico Bernardeshi.

Kwalifikati UCL – Barcelona u Juventus

Kwalifikati UEL – Sporting Club

Eliminati – Olympiacos

 

Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Football Internazzjonali: Xeni deplorabbli ta’ vjolenza segwew it-tmiem tat-tieni leg tal-Copa Sudamerikana il-bieraħ filgħaxija bejn it-team Arġentin Independiente u t-team Brażiljan ta’ Flamengo. Il-logħba tal-bieraħ intlgħabet fil-Brażil fil-Maracana u ntemmet…

Futbol internazzjonali

Fl-Ingilterra l-bieraħ filgħaxija kompliet is-17 -il ġurnata tal-istaġun 2017/18 bi programm ta’ seba’ logħbiet. L-ikbar rebħa rreġistrawha l-leaders Manchester City hekk kif dawn rebħu 4-0 barra minn darhom kontra Swansea…

Futbol internazzjonali

Zlatan Ibrahimovic, l-ex plejer ta’ Barcelona u llum plejer ta’ Manchester United, qal li fi żmien li kien jilgħab ma’ Barcelona, Pep Guardiola, illum kowċ ta’ Manchester City, kien wera…

Futbol internazzjonali

Il-holders Real Madrid kontra Paris Saint-German, Juventus jiffaċcjaw lil Tottenham, u Chelsea – Barcelona fir-Round tas-16 tal-UEFA Champions League. It-tliet konfronti huma bla dubju l-iktar attraenti li rriżultaw mill-poloz li…

Aktar