Futbol internazzjonali
UCL: Liverpool jegħlbu lil Milan f’partita mill-isbaħ ta’ ħames gowls; Real Madrid jegħlbu lil Inter b’gowl fl-aħħar minuta

UEFA Champions League: Tmien partiti oħra l-Erbgħa mill-ewwel ġurnata tal-fażi tal-gruppi.

Grupp A

Club Brugge…1                 Paris St Germain…1

Minn Grupp A, draw ta’ 1-1 bejn Clib Brugge u paris St Germain. PSG marru fil-vantaġġ b’gowl ta’ Ander Herrera wara kwarta logħob. Il-Belġjani ġabu d-draw minn Hans Vanaken fis-27 minuta.

Manchester City…6        Leipzig…3

Manchester City f’darhom jegħlbu lil Leipzig bi skor ta’ 6-3. Nathan Ake fetaħ l-iskor għal Manchester City fis-16-il minuta. It-tim ta’ Guardiola rdoppja minn auto gowl ta’ Nordi Mukiele fit-28 minuta. Leipzig jiskurjaw fit-42 minuta minn gowl ta’ Christopher Nkunku iżda l-Ingliżi jerġgħu jiskurjaw mill-ewwel permezz ta’ penalty ta’ Riyad Mahrez. Fit-tieni taqsima Leipzig jerġgħu jiskurjaw fil-51 minuta għal darb’oħra b’gowl ta’ Nkunku. Iżda ħames minuti wara Jack Grealish jagħmel gowl tal-istampi u l-iskor 4-2. Fit-73 minuta jerġa’ jkun Nkunku li jiskurja hat-trick u jagħmel l-iskor 4-3. Iżda żewġ minuti wara jerġgħu jkunu Manchester City permezz ta’ Joao Cancelo li jagħmilhom 5-3. Kien għad jonqos gowl ieħor għam Nachester City skurjat minn Gabriel Jesus fis-86 minuta għal skor finali ta’ 6-3.

 

GRUPP B

Atletico Madrid…0         Porto…0

Minn Grupp B, l-ebda gowl fi Spanja bejn Atlaetico Madrid u Porto.

Liverpool…3                      Milan…2

Liverpool jegħlbu lil Milan f’Anfield bi skor ta’ 3-2. Liverpool marru fil-vantaġġ kmieni fil-partita minn auto-gowl ta’ Tomori. Ir-Reds kellhom fejn jirduppjaw fl-14-il minuta iżda Salah falla mill-11-il metru. Milan approfittaw u ġabu d-draw minn Ante Rebic fit-42 minuta u marru fil-vantaġġ minn Brahim Diaz minuta u nofs wara. Fit-tieni taqsima Liverpool ħarġu agressivi sa mill-ewwel sekondi u ħadu biss 4 minuti biex pabu l-gowl tad-draw min Mohammed Salah. Ir-Reds jiskurjaw it-tielet gowl fid-69 minuta minn Jordan Henderson.

 

GRUPP C

Besiktas…1                         Borussia Dortmund…2

Minn Grupp B, Borussia Dortmund jirbħu fit-Turkija kontra Besiktas bi skor ta’ 2-1. Il-Ġermaniżi fil-vantaġġ b’gowl ta’ Jude Bellingham wara 20 minuta logħob. Borussia jirduppjaw ftit sekondi qabel tmiem l-ewwel taqsima minn Erling Halaand. Besiktas skurjaw il-gowl tagħhom fil-ħin miżjud tat-tieni taqsima minn Francisco Montero.

Sporting Club…                1              Ajax…5

Ajax jiddominaw fil-Portugall u jegħlbu lil Sporting bi skor ta’ 5-1. Ajax fil-vantaġġ wara ftit sekondi mill-ftuħ tal-partita permezz ta’ Sebastien Haller. L-istess plejer irdoppja fid-9 minuta għall-Olandiżi. Sporting jiskurjaw u jidħlu fil-partita fit-33 minuta minn Paulinho. Iżda Ajax jiskurjaw it-tielet gowl tagħhom fid-39 minuta minn Stephen Berghuis. Fil-51 minuta Ajax jassiguraw mir-rabħa b’hat-trick ta’ Haller. U l-istess plejer jiskurja l-ħames gowl ta’ Ajax u r-raba’ wieħed personali fit-63 minuta.

 

GRUPP D

Sheriff…2                            Shakhtar Donetsk…0

Minn Grupp D, Sheriff Tiraspol jirbħu l-ewwel partita fl-istorja tagħhom fil-UEFA Champions League f’darhom kontra Shakkhtar Donetsk bi skor ta’ 2-0. Il-gowls waslu wieħed f’kull taqsima minn Adama Traore fis-16-il minuta u Momo Yansame fit-62 minuta.

Inter…0                                                Real Madrid…1

Inter jitilfu f’darhom kontra Reald Madrid bi skor ta’ 1-0. Il-gowl tar-rebħa għat-tim Spanjoli wasal minuta mit-tmiem minn Rodrygo.

Miktub minn...
TVM Sport