Futbol internazzjonali
UCL: Manchester City jdawwru telfa f’rebħa fil-Bernabeu

UEFA CHAMPIONS LEAGUE 2019/20
Fażi tal-aħħar 16. L-ewwel leg

Real Madrid…………1
Manchester City…..2

Manchester City dawwru telfa f’rebħa fl-ewwel leg ta’ din il-fażi meta f’Madrid fl-Estadio Santiago Bernabeu huma ġew minn goal minn taħt sabiex rebħu 2-1.

Wara li l-ewwel taqsima ntemmet fi draw kienu Real Madrid li marru fil-vantaġġ b’goal ta’ Isco fis-60minuta.

It-team Ingliż immexxi minn Josep Guardiola irnexxielu l-ewwel iġib id-draw b’goal ta’ Gabriel Jesus fit-78minuta u wara ingħataw penalty seba’ minuti mit-tmiem trasformat b’kalma tipika minn Kevin De Bruyne għal skor finali 2-1.

It-tieni leg jintlgħab f’Manchester fis-17 ta’ Marzu.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Fir-Russja l-player ta’ Zenit St Petersburg Malcom irċieva l-unur tal-player tax-xahar għal Marzu permezz tad-drone li wassallu t-trofew dirattament fit-tieqa tal-appartament tiegħu. Malcom kellu injury twila li ħallietu barra mill-kampjonat…

Futbol internazzjonali

Fi Spanja, kriżi fl-amministrazzjoni tal-Club ta’ Barcelona. Dalgħodu permezz ta’ ittra pubblika sitt membri tal-Board tal-Club irriżenjaw wara li huma għamlu żewġ akkużi fil-konfront tal-President Josep Maria Bartomeu. Is-sitt membri…

Futbol internazzjonali

Żvolta interessanti fuq l-aħħar direttiva tal-FIFA dwar dawk il-players professjonali li se jkollhom il-kuntratt tagħhom li se jiġi fi tmiemhu fi tmiem dan l-istaġun. Il-FIFA ftit tal-jiem ilu qalet li…

COVID-19 Sports

L-ex plejer ta’ Liverpool Jamie Carragher, ingħaqad mal-ex stilel ta’ Manchester United Gary Neville u Ryan Giggs, f’messaġġi t’inkoraġġiment għal pajjiżna fil-ġlieda kontra l-coronavirus. Flimkien ma’ maltatogether.com, l-ex plejers qegħdin…

Aktar