Futbol internazzjonali
UCL: Manchester United jirbħu lil Juventus f’Turin, CR7 jiskorja ‘euro goal’

UEFA CHAMPIONS LEAGUE 2018/19
Ir-4 Ġurnata

Grupp E
FC Bayern München 2 – 0 AEK Athens – Allianz Arena
31min Robert Lewandowski minn penalty 1-0.
71min Robert Lewandowski 2-0.

Benfica 1 – 1 Ajax – Estadio da Luz
29min Benfica minn fuq permezz ta’ Jonas.
61min Dusan Tadic iġib id-draw għal Ajax 1-1.

Grupp F
Lyon 2 – 2 Hoffenheim – Groupama Stadium
19min Nabil Fekir ipoġġi lil Franċiżi 1-0 minn fuq.
28min Tanguy Ndombele Alvaro jagħmilhom 2 – 0.
51min jitkeċċa Kasim Nuhu għal Hoffenheim wara mmonizzjoni doppja.
65min Andrej Kramaric idaħħal lill-Ġermaniżi fil-logħba 2-1.
90min Pavel Kaderabek għal skor finali 2-2.

Manchester City 6 – 0 Shakhtar Donetsk
13min David Silva 1-0 għal Man City.
24min Gabriel Jesus minn penalty 2-0 għat-team Ingliż.
49min Raheem Sterling 3-0.
72min Gabriel Jesus minn penalty 4-0.
84min Riyad Mahrez 5-0.
90min Gabriel Jesus għal skor finali 6-0.

Grupp G
CSKA Moscow 1 – 2 Roma
Fis-sebgħa neqsin ħamsa fir-Russa l-logħba CSKA – Roma.
Wara 4 minuti kien Konstantinos Manolas li poġġa lil Roma minn fuq.
Fil-51min Arnor Sigurdsson ġab id-draw għall CSKA. Mas-siegħa logħob Lorenzo Pellegrini reġa’ poġġa lil Roma 2-1 minn fuq.

Viktoria Plzen 0 – 5 Real Madrid
21min Karim Benzema 1-0.
23min Casemiro 2-0.
37min Karim Benzema 3-0, 40min Gareth Bale għal 4-0 u filalment fis-67min Toni Kroos 5-0.

Grupp H
Valencia 3 – 1 Young Boys
Fi Spanja minn grupp H, logħba bejn Valencia u l-Iżvizzeri ta’ Young Boys. Santi Mina poġġa l-Ispanjoli 1-0 minn fuq.
Fis-37minuta Roger Assale ġab id-draw għal Yoing Boys. Fit-42minuta Santi Mina reġa’ poġġa lil Valencia 2-1 minn fuq sabiex ftit minuti wara Carlos Soler reġa’ skorja għal Valencia għal 3-1.

Juventus 1 – 2 Manchester United
50min Paolo Dybala jolqot il-lasta wara azzjoni mill-isbaħ, anke fl-ewwel taqsima Juventus laqtu l-lasta permezz ta’ Khedira. Fil-65min Cristiano Ronaldo jiskorja l-1-0 fl-istess lasta li kien skorja l-aħħar goal f’din il-kompetizzjoni l-istaġun li għadda appuntu fl-istess Juventus Stadium meta kien ma’ Real Madrid wara 453min ta’ nixfa ta’ goals f’din il-kompetizzjoni. L-ewwel goal ta’ CR7 bil-flok tat-team taljan. Fis-86min Juan Mata iġib id-draw għal Man Utd.
Fid-90min konfużjoni quddiem Wojciech Szczesny u own goal ta’ Alex sandro u Man Utd 2-1 minn fuq u jirbħy t-tliet punti.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

L-ex plejer tat-tim nazzjonali Ingliż David Beckham ħabbar li xtara 10% ta’ ismha fin-non league club ta’ Salford City. B’dan l-investiment, Beckham se jkun qed jingħaqad ma’ diversi plejers tal-1992…

Futbol internazzjonali

Rivelazzjoni personali min naħa tad-Deputat Segretarju Ġenerali tal-FIFA u ex player ta’ Milan Zvonimir Boban li qal li hu spiċċa jaħdem mal-FIFA fl-uffiċċju ma’ Gianni Infantino għaliex il-President attwali ma’…

Futbol internazzjonali

Il-pulizija ta’ Guernsey, fi stqarrija li ħarġu ftit tal-minuti ilu, qalu li qegħdin jimxu fuq erba’ possibiltajiet li setgħu seħħew mill-għibien tal-ajruplan li fuqu kien hemm l-akkwist il-ġdid ta’ Cardiff…

Futbol internazzjonali

Cristiano Ronaldo, il-plejer ta’ Juventus FC u tal-Portugall, laħaq ftehim mal-Qorti ta’ Madrid fi Spanja, biex iħallas kważi €19,000,000 f’multa talli evada t-taxxa fiż-żmien li kien jilgħab ma’ Real Madrid….

Aktar