Futbol internazzjonali
UCL ARA l-GOALS KOLLHA – Milan jittamaw f’miraklu b’rebħa f’Madrid.. City, Real u Inter fil-fażi li jmiss

UEFA Champions League – Match Day Five, l-Erbgħa filgħaxija
Grupp A
Club Brugge – RB Leipzig 0-5
Goals għall-Ġermaniżi minn Andre Silva u doppjetta kull wieħed għal Christopher Nkunku u Emil Forsberg.

Manchester City – Paris SG 2-1
Ftuħ tat-tieni taqsima Kylian Mbappe poġġa lil Paris fil-vantaġġ, City dawru l-partita f’rebħa b’goals minn Raheem Sterling u Gabriel Jesus.

Grupp B
Atl. Madrid – AC Milan 0-1
Ġmiel ta’ daqqa ta’ ras ta’ Junior Messias fl-aħħar tagħti tliet punti u tamiet ġodda għal Milan f’din il-kompetizzjoni b’din l-ewwel rebħa.

Liverpool – FC Porto 2-0
Vantaġġ għar-Reds ta’ Thiago Alcantara fit-tnejn u ħamsin minuta, ftit wara 2-0 ta’ Mo Salah.

Grupp Ċ
Besiktas – Ajax 1-2
Vantaġġ għat-Torok fit-tnejn u għoxrin minuta minuta minn penalty ta’ Rachid Ghezzal, doppjetta ta’ Sebastian Haller fit-tieni parti tat rebħa lil Ajax biex l-Olandiżi żammew ir-rekord massimu wara ħames logħbiet.

Sporting – Dortmund 3-1
Sporting viċin kwalifikazzjoni, vantaġġ doppju għalihom fl-ewwel taqsima b’doppjetta ta’ Pedro Goncalves, 3-0 lejn it-tmiem minn rebound ta’ penalty, jiskorja Pedro Porro. Konsolazzjoni għal Dortmund minn Donyell Malen.

Grupp D
Inter – Shakhtar Donetsk 2-0
Inter kwalifikati b’rebħa 2-0 fil-Meazza kontra Shakthar Donesk.

Vantaġġ għaċ-Champions Taljani fil-wieħed u sittin minuta meta Edin Dzeko daħal bħal vleġġa u b’xutt għar-rokna għeleb lill-goalkeeper tat-tim Ukren, sitt minuti wara 2-0 għan-NerAzzurri, reġa kien Edin Dzeko li b’daqqa ta’ ras tefa’ l-ballun fix-xibka.

Sheriff Tiraspol – Real Madrid 0-3
Tletin minuta Merengues fil-vantaġġ minn David Alaba, tieni goal qabel il-mistrieħ minn Toni Kroos, tlieta eżatt wara l-mistrieħ minn Karim Benzema.

Miktub minn...
Rodney Vassallo