Futbol internazzjonali
UCL: Napoli eliminati u xalata għal Liverpool

UEFA CHAMPIONS LEAGUE 2017/18

IS-6 ĠURNATA

GRUPP E

LIVERPOOL  7-0    SPARTAK MOSCOW

Liverpool ma damux biex marru fil-vantaġġ meta wara biss erba minuti minn penalty ta’ Coutinho fetħu l-iskore. Il-Brażiljan kompla jibbrilla b’goal ieħor fit-tnax-il minuta. Liverpool komplew jiddominaw il-bidu tal-partita b’goal ieħor fit-18-il minuta minn Firminio. Tlett minuti mill-bidu tat-tieni taqsima, ġmiel ta’ goal ta’ Sadio Mane u Liverpool għamluhom erba. Fil-50 minuta Coutinho jiskorja l-ħames goal u t-tielet goal għalih pernsonali f’din il-logħba. Sadio Mane jiskorja s-sitt goal fis-76 minuta. Fit-80 minuta goal għal Moħammed Salah.

MARIBOR  1-1  SEVILLA

Kien Tavares li tefa’ lil Maribor minn fuq wara għaxar minuti logħob. Sevilla ġabu l-goal ta’ draw fil-75 minuta minn Ganso.

Jgħaddu Liverpool u Sevilla filwaqt li Spartak Moscow jilgħabu fl-Ewropa League

GRUPP F

FEYENOORD   2-1  SSC NAPOLI

Napoli wkoll fetħu kmieni l-iskore barra minn darhom kontra Feyenoord. Kien Zelienski wara biss żewġ minuti tefa’ lit-tim ta’ Sarri wieħed b’xejn minn fuq. Feyenoord deħru li ma nħasdux b’dan l-iżvantaġġ għaliex fit-33 minuta Jorgensen ġab il-goal ta’ draw għat-tim Olandiż. Fil-ħin miżjud Jerry St. Juste skorja l-goal tar-rebħa għal Feyenoord.

SHAKHTAR DONETSK  2-1  MAN CITY

Shakhtar ħasdu lil Man City fis-26 minuta b’goal skurjat minn Bernard. Fit-32 Shakhtar żiedu goal ieħor minn Ismaily. Fid-90 Sergio Aguero jnaqqas id-distakk għal Man City.

Jikkwalifikaw Man City, Shakhtar filwaqt li Napoli jmorru fl-Ewropa League.

GRUPP G

FC PORTO   5-2  MONACO

Porto ddominaw il-bidu tal-partita u skorjaw ż-żewġ goals minn Aboubakar fid-disa u fit-33 minuta. Fis-36 minuta player imkeċċi għal kull tim: Felipe għal Porto u Għezzal għal Monaco. Porto eżatt ma tmiem l-ewwel taqsima skurjaw it-tielet goal minn Ibrahimi. Fi-61 minuta Monaco naqqsu d-distakk għal 2-1 b’penalty skurjat minn Glik. Fit-63 minuta Telles skorja r-raba goal għal Porto. Radamel Falcoa jerġa jiskorja għal Monaco fit-78 minuta. Tiquinho jissiġilla r-rebħa ta’ 5-2.

RASENBALLSPORT LEIPZIG  1-2  BESIKTAS

It-tim Tork marru minn fuq wieħed b’xejn minn penalty ta’ Negredo wara għaxar minuti logħob. Keita lejn it-tmiem iġib il-goal għal Liepzig, izda Talisca fid-90 jiskorja l-goal tar-rebħa għall-Besiktas.

Jikkwalifikaw Besiktas u Porto, fl-Ewropa League jilgħabu Liepzig.

GRUPP H

REAL MADRID 3-2  BORUSSIA DT.

Iċ-champions Ewropej mill-ewwel serrħu rashom f’din il-logħba meta fetħu vantaġġ doppju fit-8 u fid-12-il minuta minn goals ta’  Mayoral u Cristiano Ronaldo. It-tim Ġermaniż ta’ Borrussia daħħlu lura fil-logħba b’goal fit-43 minuta minn Aubumeyang. L-istess player ġab il-goal ta’ draw hekk kif bdiet it-tieni taqsima għad-Dortmund. Fil-81 minuta Vazquez jiskorja l-goal tar-rebħa għat-tim ta’ Zidane.

TOTTENHAM H.  3- 0  APOEL NICOSIA

Tottenham fetħu l-iskore fl-għoxrin minuta minn Fernando Llorente. Tottenham komplew ikunu iktar konsistenti fl-Ewropa milli fil-kampjonat. Huma żiedu goal ieħor fit-37 minuta min Huen Son. Fit-80 minuta N’Koudou jiskorja t-tielet goal għal l-Ispurs.

Jikkwalifikaw Tottenham u Real Madrid, fl-Ewropa league jgħaddu Borussia Dortrmund.

Miktub minn...
Sandro Micallef
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-President ta’ Napoli Aurelio De Laurentiis ikkonferma li t-tim ta’ Napoli jinsabu f’diskussjonijiet mat-tim ta’ Genoa għall-akkwist tal-attakkant Pollakk Krzysztof Piatek. Dan il-plejer ta’ 23 sena diġa’ skorja disa’ gowls fis-Serie…

Futbol internazzjonali

Illejla tiġi fi tmiemha r-raba’ ġurnata tal-gruppi tal-UEFA Nations League b’disa’ logħbiet li erbgħa minnhom ser ikunu minn League D. Il-logħob kollu tal-lejla huwa dan: League A – Group 1…

Futbol internazzjonali

Forsi titqies prassi normali meta atleta jew plejer professjonali ta’ kwalunkwe sport ikun mitlub jagħmel test tad-doping. Biss, għal Usain Bolt, din id-deċiżjoni ħallietu bla kliem u ċċassat minħabba li…

Futbol internazzjonali

UEFA Nations League: sorpriża f’Sevilla fejn l-Ingilterra għelbu lil Spanja 3-2 f’partita minn Grupp 4 ta’ League A. Ingliżi tlieta minn fuq sa tmiem l-ewwel taqsima b’doppjetta ta’ Raheem Sterling…

Aktar