Futbol internazzjonali
UCL: Rebħa kbira għal Tottenham fuq Borussia Dortmund u Real Madrid jirbħu fl-Olanda

UEFA CHAMPIONS LEAGUE 2018/19
Round tal-aħħar 16 – Leg 1

Ajax 1 – 2 Real Madrid – Johan Cruijff Arena

Fil-25 minuta Ajax sfortunati li jolqtu l-lasta u wara aktar sfortunati meta fuq verifika tal-VAR ir-referee Damir Skomina mis-Slovenja jħassrilhom goal li deher validu għall-aħħar. Iżda fis-60min Karim Benzema jpoġġi lil Real Madrid fil-vantaġġ. Iktar tard eżatt mal-75min Hakim Ziyech iġieb id-draw għall-Olandiżi 1-1. Finalment kien Marco Asensio li tliet minuti mit-tmiem jiskorja l-goal tar-rebħa għal 2-1.

Tottenham Hotspur 3 – 0 Borussia Dortmund – Wembley Stadium

Tottenham dominanti f’dan il-konfront. Heung-Min Son minn volley fuq cross perfett għal 1-0 favur it-team Ingliż mal-ftuħ tat-tieni taqsima. Fl-aħħar seba’ minuti Tottenham jassiguraw ruħhom mir-rebħa b’goals ta’ Jan Vertonghen u Fernando Llorente.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Id-difensur Olandiż ta’ Liverpool, Virgil van Dijk, rebaħ l-unur tal-plejer tas-sena tal-Professional Footballers’ Association. Dan wara sfida kbira bejnu u l-Ingliż Raheem Sterling ta’ Manchester City. U bħalma jiġri kull…

Futbol internazzjonali

Manchester UTD 0 Manchester City 2 F’Old Trafford, Manchester City reġgħu telgħu fil-quċċata tal-klassifika tal-Premiership Ingliż meta rebħu fid-derby kontra Manchester United bl-iskor ta’ 2-0. Il-gowls waslu t-tnejn li huma…

Futbol internazzjonali

F’San Siro, Lazio ħadu rebħa b’gowl uniku kontra l-Milan biex b’hekk għaddew għall-finali tal-Coppa Italia b’aggregate ta’ 1-0. Il-gowl kien skurjat fit-tieni taqsima, eżattament fit-58 minuta meta Immobile għadda pass…

Futbol internazzjonali

TVMSport jista’ jiżvela li l-President tal-club Taljan Juventus Andrea Agnelli se jkun hawn Malta f’Ġunju għal asssemblea ġenerali straordinarja tal-European Club Association – ECA – li tħaddan clubs li jilagħbu…

Aktar