UCL: Rebħiet għal Manchester City u Real Madrid

Illum intlagħbu l-aħħar partiti mill-ewwel legs tal-fażi tal-aħħar sittax mill-Uefa Champions League.

Borussia Moenchengladbach 0 Manchester City 2

Fl-Ungerija rebħa għal Manchester City li għelbu lil Borussia Moenchengladbach bl-iskor ta’ 2-0. City jiftħu l-iskor fid-29 minuta minn Bernardo Silva fuq pass ta’ Cancelo. Fil-65 minuta City rduppjaw hekk kif Bernardo Silva niżżel bir-ras fid-direzzjoni ta’ Gabriel Jesus li mill-viċin tefa’ fix-xibka.

Atalanta 0 Real Madrid 1

U f’Bergamo rebħa minima għal Real Madrid kontra t-Taljani ta’ Atalanta. Daqqa ta’ ħarta għal Atalanta li wara sbatax il-minuta spiċċaw b’għaxar players hekk kif tkeċċa Remo Freuler, deċiżjoni xi ftit diskutibbli. Real iddominaw il-partita fejn kellhom kważi sebgħin fil-mija mill-pussess kif ukoll l-aħjar ċansijiet iżda kellhom jistennew sa’ erba’ minuti minn tmiem il-partita sabiex sabu x-xibka b’xutt minn barra l-kaxxa ta’ Ferland Mendy.

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League