Futbol internazzjonali
UCL: Vantaġġ minimu iżda importanti għal Atletico Madrid grazzi għal Saul

UEFA CHAMPIONS LEAGUE 2019/20
L-ewwel Leg. Fażi tal-aħħar 16

Atletico Madrid……1
Liverpool……………0

Rebħa f’darhom għal Atletico Madrid fi Spanja f’logħba bilanċjata li kient deċiża b’goal uniku fil-logħba li kien skorjat wara biss erba’ minuti logħob.

Kien korner u minn ‘loose ball’ wara daqqa ta’ ras ‘l isfel kien Saul Niguez li għeleb lil goalkeper ta’ Liverpool Alisson u ċaqlaq ix-xibka għall-ewwel u li kellha tkun l-aħħar darba fil-logħba. Vantaġġ importanti iżda ma tistax tgħid li hu komdu ħafna hekk kif issa Liverpool jospitaw lil Atletico fit-tieni leg f’Anfield nhar l-Erbgħa 11 ta’ Marzu fejn se jippruvaw idawwru r-riżultat biex jikkwalifikaw għall-kwarti tal-finali.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Id-difensur Brażiljan Diego Carlos se jkun is-sostitut ta’ Kalidou Koulibaly li mistenni jħalli lil Napoli fi tmiem l-istaġun. Carlos għandu 25 sena u fil-preżent jilgħab ma’ Sevilla. Id-difensur Afrikan mistenni…

Futbol internazzjonali

Manchester United huma nteressati fil-plejer Serb ta’ Lazio Sergej Milinkovic-Savic. L-aħbar ħarġet biha l-gazzetta Ingliża ‘The Sun’ u kkonfermawha wkoll diversi siti sportivi fl-Italja. Claudio Lotito, President ta’ lazio se…

Futbol internazzjonali

Wara li Massimo Moratti, ex President ta’ Inter, fil-jiem li għaddew qal li Lionel Messi mal-Inter mhux ħolma pprojbita, il-media sportiva fl-Arġentina, illum ħarġet tirraporta li n-negozjati bejn il-partijiet kollha…

Futbol internazzjonali

L-ex attakkant tal-Ingilterra u ta’ Tottenham Hotspur, Chelsea u West Ham Jimmy Greaves iddaħħal fl-isptar bir-raġuni eżatta għalxiex li għadha mhux magħrufa. Greaves, rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja fl-1966, kien qed ibati…

Aktar