Futbol internazzjonali
UEFA Champions League: Barcelona jirbħu f’Londra, Inter fl-Olanda u Napoli jegħlbu lil Liverpool b’gowl ta’ Insigne fil-ħin miżjud

UEFA Champions League, partiti li ntlagħbu l-Erbgħa:

Minn Grupp A: Rebħa ta’ 3-1 għal Atletico Madrid f’darhom kontra Club Brugge. L-Ispanjoli fil-vantaġġ b’gowl ta’ Antoine Griezmann fit-28 minuta u Arnaut Groeneveld iġib id-draw fid-39 minuta. Atletico Madrid jiskurjaw gowl ieħor mill-istess Griezmann fis-67 minuta. Koke jiskurja t-tielet gowl għal Atletico Madrid fid-90 minuta.

Fil-partita l-oħra minn Grupp A, Borussia Dortmund jirbħu f’drahom kontra Monaco bi skor ta’ 3-0. Jacoob Brun Larsenn jiftaħ l-iskor fil-51 minuta u Francisco Alcacer jirdoppja fit-72 minuta. Marco Reus jiskurja t-tielet wieħed fid-90 minuta.

Minn Grupp B: Rebħa tajba għal Inter barra minn darhom fl-Olanda kontra PSV Eindhoven. PSV fil-vantaġġ b’gowl ta’ Pablo Rosario fis-27 minuta. Inter idawru r-riżultat bil-gowl tad-draw ta’ Radja Naingollan minuta qabel il-mistrieħ u jiskurjaw il-gowl tar-rebħa minn Mauro Icardi fis-60 minuta.

Fil-partita l-oħra minn Grupp B, Barcelona jirbħu f’Londra kontra Tottenham Hotspur bi skor ta’ 4-2. Vantaġġ kmieni għall-Katalani b’gowl wara żewġ minuti ta’ Coutinho u Rakitic jagħmilhom tnejn fit-28 minuta. Harry Kane jiskurja għal Tottenham fit-52 minuta iżda Barcelona jżidu ieħor minn Lionel Messi fis-56 minuta. Erik Lamela jerġa’ jiskurja għal Tottenham fis-66 minuta iżda gowl ieħor ta’ Messi fid-90 minuta jassigura rebħa u tliet punti għal Barcelona.

Minn Grupp Ċ: Rebħa kbira ta’ 6-1 għal Paris St Germain kontra Red Star Belgrade fil-belt kapitali ta’ Franza. Paris St Germain fil-vantaġġ fl-20 minuta b’gowl ta’ Neymar u l-Brażiljan jirdoppja żewġ minuti wara. Edinson Cavani jżid ieħor fis-37 minuta u Angel Di Maria jagħmilhom 4-0 fil-41 minuta. Mbappe żied gowl ieħor fil-50 minuta. Red Star Belgrade jiskurjaw gowl lura fl-74 minuta minn Marko Marin. Neymar fil-81 minuta jagħmilhom 6-1.

Fil-partita l-oħra minn Grupp Ċ, f’partita mill-aktar mistennija fi Stadio San Paolo, Napoli jegħlbu lil Liverpool bi skor ta’ 1-0, b’gowl skurjat fil-ħin miżjud minn Lorenzo Insigne.

Minn Grupp D: Rebħa għal Schalke 04 barra minn darhom kontra Lokomotiv Moscow. Il-gowl tar-rebħa jasal fit-88 minuta minn Weston McKennie.

FIl-partita l-oħra minn Grupp D, Porto għelbu lil Galatasaray bi skor ta’ 1-0. Il-gowl tar-rebħa jiskurjaħ Moussa Marega fid-49 minuta.

Għada l-Ħamis tintlagħab ġurnata oħra tal-UEFA Europa League fejn fost diversi partiti, TVM2 fid-9.00pm ixandar il-partita diretta minn Londra bejn Chelsea u Vidi.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Francesco Totti illum indirizza konferenza stampa li fiha ħabbar uffiċjalment li rriżenja minn diriġent tal-Club tas-Serie A ta’ Roma. Totti qal li kien bagħat email lill-Kap Eżekuttiv tal-Club jinfurmaħ li…

Futbol internazzjonali

Meta Juventus għadhom lanqas biss ippreżentaw lil Maurizio Sarri bħala l-kowċ il-ġdid lill-media, it-Taljan jidher li diġa’ wera’ x-xewqa tiegħu mad-diriġenti dwar liema plejers jixtieq li jingħaqdu miegħu fil-ġimgħat li…

Futbol internazzjonali

GRUPP B Paragwaj 2 Qatar 2 Il-Qatar kellhom jiġu minn żewġ gowls minn taħt biex ħadu punt kontra l-Paragwaj fl-ewwel logħba minn Grupp B. Il-Paragwaj fetħu l-iskor kmieni fil-logħba, meta…

Futbol internazzjonali

L-Internazzjoanli Franċiż Paul Pogba ħasad lil kulħadd dalgħodu hekk kif ħarġet intervista li fiha hu qal li jixtieq esperejnza ġdida fil-karriera tiegħu fejn ta’ x’wieħed jifhem li mhux se jkompli…

Aktar