Futbol internazzjonali
UEFA Champions League: Bayern Munich b’wirja kbira f’Ruma; Chelsea jegħlbu lil Atletico Madrid b’gowl uniku

UEFA Champions League 2020/21

Aktar partiti mill-ewwel leg tal-aħħar 16 tal-UEFA Champions League f’dan l-istaġun.

Atletico Madrid……0

Chelsea………………..1

Fl-istadium Arena Natjionala fir-Rumanija, Chelsea ħadu rebħa importanti ta’ 1-0, f’partita fejn il-logħob kien maqsum bejn iż-żewġ naħat. Wara tmiem l-ewwel taqsima mingħajr gowls, it-tim ta’ Londra skurja l-uniku gowl tal-partita u l-gowl tar-rebħa fil-71 minuta minn Olivier Giroud. Il-gowl ingħata wara l-assistenza tal-VAR għal possibbilment offside li seta’ kien hemm fl-azzjoni.

Lazio………………………1

Bayern Munich……….4

Rebħa komda u konvinċenti għal Bayern Munich fi Stadio Olimpico ta’ Ruma kontra Lazio bi skor ta’ 4-1 biex il-kwalifikazzjoni għaċ-Champions Ewropej, issa hi waħda faċli ħafna.

Bayern Munich fil-vantaġġ wara 9 minuti b’gowl tal-Pollakk, Robert Lewandowski. Il-Ġermaniżi rduppjaw bit-tieni gowl li wasal minn Jamal Musiala fl-24 minuta. Leroy Sane jiskurja t-tielet gowl għal Bayern Munich ftit qabel il-mistrieħ.

Aktar gowls fit-tieni taqsima, wara żewġ minuti, auto-gowl ta’ Francesco Acerbi jagħmilhom 4-0. Lazio jiskurjaw ukoll permezz ta’ Joaquin Correa fid-49 minuta.

 

Miktub minn...
TVM Sport