Futbol internazzjonali
UEFA Champions League: Celtic u Porto eliminati

Celtic u Porto spiċċaw barra mill-UEFA Champions League meta nqalgħu b’mod sorprendenti fit-tielet round ta’ qabel il-play-offs finali ta’ din il-kompetizzjoni.

Celtic ġew megħluba mir-Rumeni ta’ Cluj bl-iskor ta’ 4-3 filwaqt li Porto sofrew telfa ta’ 3-2 f’darhom kontra Krasnodar.

Min-naħa l-oħra kien hemm Ajax Amsterdam li ikkwalifikaw bi tbatija kontra PAOK tal-Greċja meta rebħu bl-iskor ta’ 3-2 kif ukoll għaddew b’mod meritat Olympiakos, Apoel Nicosia, Dinamo Zagreb, LASK, Rosenborg. Red Star Belgrade u Club Brugge.

Fil-partita li ntlagħbet f’Estadio Dragao, Krasnodar kienu diġa’ 3-0 minn fuq fl-ewwel taqsima b’gowl ta’ Vilhena u doppjetta ta’ Suleymanov.

Porto wettqu reazzjoni fit-tieni taqsima u skorjaw żewġ gowls permezz ta’ Ze Luis u Luis Diaz sabiex għamlu l-iskor aggregate 3-3. Madankollu dan ma kienx biżżejjed sabiex jgħaddu hekk kif it-tim Russu għadda bil-gowls away jgħoddu doppju.

Kif għedna anke Celtic ħadu daqqa ta’ ħarta mhux mistennija meta sfaw megħluba f’darhom bl-iskor ta’ 4-3 minn CFR Cluj. Wara li r-Rumeni marru minn fuq permezz ta’ Deac, l-Iskoċċiżi malajr dawru r-riżultat permezz ta’ Forrest u Eduard bi Cluj jerġgħu jġibu l-iskor indaqs grazzi għal penalty ta’ Omrani.

Il-logħba kompliet tipproduċi aktar gowls fejn Celtic reġgħu marru fil-vantaġġ permezz ta’ Christie, bi Cluj li wettqu reazzjoni furjuża tant li dawru telfa f’rebħa b’gowls ta’ Omrani u Tucudean.

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkumenta l-logħob tal-kampjonat Premier. Jippreżenta programm sportiv fuq radju tal-komunita'.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-FIFA żvelat li t-Tazza tad-Dinja tan-Nisa li saret fi Franza fis-sajf li għadda segwewha 1.12 biljun persuna. Minn dawk li segwew, 993.5 miljuni persuna segwewha minn fuq it-televiżjoni u dan…

Futbol internazzjonali

Il-Premier League Ingliż reġa’ telaq bil-kampanja tiegħu ‘No Room for Racism’ b’filmat li jinkludi fih plejers bħal Tammy Abraham u Raheem Sterling. Ir-razziżmu fl-isport reġa’ kien is-suġġett ta’ ħafna wara…

Futbol internazzjonali

L-El Clasico bejn Barcelona u Real Madrid jista’ jkun li ser jiċċaqlaq għal Diċembru. Dan intqal mill-Federazzjoni Spanjola tal-Futbol wara li ġew avżati li fis-26 t’Ottubru ser issir dimostrazzjoni kbira…

Futbol internazzjonali

Il-kowċ ta’ Barcelona Ernesto Valverde ħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-futbol Spanjoli sabiex ma jissospendux jew iċaqilqu l-El Clasico li huwa pprogrammat għal nhar is-Sibt 26 t’Ottubru. Dan wara li La Liga talbet…

Aktar