Futbol internazzjonali
UEFA Champions League: Draw bejn Napoli u Barcelona; Bayern Munich fi klassi għalihom

UEFA Champions League: Żewġ partiti mill-fażi tal-ewwel leg, l-aħħar 16.

Napoli………..1

Barcelona……1

Napoli laqgħu lil Barcelona fi Stadio San Paolo ppakkjat mingħajr ebda seat vojt.

L-Ispanjoli bdew b’saħħithom ħafna u bħal dejjem rebħu l-aktar mill-pussess tal-ballun.

Iżda kienu Napoli li marru fil-vantaġġ. Wara indeċiżjoni fid-difiża Katalana kien Zielinski li avvanza bil-ballun, tefa’ corss fil-baxx fuq Dres Mertens, li żamm tajjeb, ikkontrolla u fajjar ġmiel ta’ xutt għas-saqaf tar-rokna tax-xibka li Ter Stegen ma seta’ jilqa’ qatt.

L-ewwel taqsima li rat azzjoni waħda li kienet dik tal-vantaġġ tat-tim Taljan.

Fis-57 minujta Barcelona jġibu d-draw. Kien Nelson Semedo li qassam ballun lejn Antoine Griezmann li xxuttja mill-ewwel u għeleb lil Ospina.

Fis-76 minuta, Barcelona b’ċans li jmorru fil-vantaġġ meta minn corner ta’ Messi, daqqa ta’ ras ta’ Umtiti ballun ftit barra.

Tliet minuti mit-tmiem Barcelona bi plejer inqas wara li tkeċċa Arturo Vidal.

Chelsea……………..0

Bayern Munich…..3

Fi Stambford Bridge, Chelsea laqgħu f’darhom liċ-champions tal-Ġermanja Bayern Munich. Partita li l-Bavarjani kif mistenni kellhom l-aktar mil-logħob.

L-ewwel azzjoni tal-partita waslet fil-11-il minuta meta Kingsley Coman żmarka ruħu fil-kaxxa bix-xutt jispiċċa barra.

Fis-16-il minuta, Bayern Munich jerġgħu perikolużi. Kien first timer tajjeb ta’ Robert Lewandovski li Wilfred Caballero tar minn tul u laqa’ tajjeb ħafna f’corner.

Man-nofs siegħa logħob ċans tajjeb għal Mueller li x-xutt tiegħu mill-kaxxa spiċċa ftit barra.

Fil-35 minuta, ċans ieħor għal Bayern Munich. Daqqa ta’ ras ta’ Mueller min-nofs il-kaxxa u din id-darba kienet il-lasti li salvat lit-tim ta’ Londra.

Fit-43 minuta l-ewwel azzjoni ta’ Chelsea. Kien Marcos Alonso li spara xutt b’saħħtu minn ġol-kaxxa iżda l-ballun kien ċentrali u Neuer laqa’ tajjeb.

Fl-ewwel azzjoni tat-tieni taqsima, Bayern Munich marru fil-vantaġġ.  Kienet il-51 minuta meta Lewandowski ta pass fil-baxx fuq Gnabry li min-nofs il-kaxxa spara fil-baxx u tefa’ fix-xibka.

Jgħaddu biss tliet minuti u Bayern Munich jirduppjaw. Lewandowski b’pass ‘il quddiem lejn Gnabry li b’xutt bix-xellug jegħleb lil Caballero għal 2-0.

Fis-76 minuta, Bayern jagħlqu l-partita u wisq probabbli l-kwalifikazzjoni minn kontrattakk, pass ta’ Davies lejn Lewnadowski li kkonkluda fix-xibka għal 3-0.

Għal Chelsea baqgħet m’hijix ġurnata sal-aħħar hekk kif fit-83 minuta spiċċaw b’raġel anqas wara li tkeċċa Marcos Alonso wara protesti u t-tieni karta safra.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Fir-Russja l-player ta’ Zenit St Petersburg Malcom irċieva l-unur tal-player tax-xahar għal Marzu permezz tad-drone li wassallu t-trofew dirattament fit-tieqa tal-appartament tiegħu. Malcom kellu injury twila li ħallietu barra mill-kampjonat…

Futbol internazzjonali

Fi Spanja, kriżi fl-amministrazzjoni tal-Club ta’ Barcelona. Dalgħodu permezz ta’ ittra pubblika sitt membri tal-Board tal-Club irriżenjaw wara li huma għamlu żewġ akkużi fil-konfront tal-President Josep Maria Bartomeu. Is-sitt membri…

Futbol internazzjonali

Żvolta interessanti fuq l-aħħar direttiva tal-FIFA dwar dawk il-players professjonali li se jkollhom il-kuntratt tagħhom li se jiġi fi tmiemhu fi tmiem dan l-istaġun. Il-FIFA ftit tal-jiem ilu qalet li…

COVID-19 Sports

L-ex plejer ta’ Liverpool Jamie Carragher, ingħaqad mal-ex stilel ta’ Manchester United Gary Neville u Ryan Giggs, f’messaġġi t’inkoraġġiment għal pajjiżna fil-ġlieda kontra l-coronavirus. Flimkien ma’ maltatogether.com, l-ex plejers qegħdin…

Aktar