Futbol lokali
UEFA Champions League: Floriana kontra CFR Cluj tar-Rumanija fl-ewwel rawnd tal-kompetizzjoni

Floriana FC, iċ-champions tal-futbol Malti, ittellgħu biex jilagħbu kontra t-tim popolari Rumen CFR Cluj, fl-ewwel rawnd tal-kompetizzjoni tal-UEFA Champions League tal-istaġun li jmiss.

Il-partita se tkun qed tintlagħab f’Malta ftit jiem oħra, fit-18 jew id-19 ta’ Awwissu u għad irid jiġi deċiż f’liema stadium.

Il-kwalifikazzjoni se tkun fuq partita waħda.

Ikkuntattjat minn TVMSport dwar l-ewwel reazzjoni tiegħu, Riccardo Gaucci, President ta’ Floriana qal li t-tim tiegħu kien sfortunat f’din il-polza.

“Konna sfortunati. Tlajna ma’ wieħed mill-aqwa timijiet f’dan l-istadju tal-kompetizzjoni. CFR Cluj kellhom riżultati mpressjonanti fl-Ewropa f’dawn l-aħħar snin. Se nagħmlu dak kollu possibbli xorta waħda,” qalilna Gaucci.

Il-poloz telgħu llum f’12.00pm u għada jitilgħu dawk tal-UEFA Europa League.

Il-poloz kollha tal-ewwel rawnd u li se jintlagħbu kollha fl-istess dati telgħu hekk:

Ferencváros (HUN) vs Djurgården (SWE)
Celtic (SCO) vs KR Reykjavík (ISL)
Legia Warszawa (POL) vs Drita (KOS)/Linfield (NIR)
Sheriff (MDA) vs Fola Esch (LUX)
Connah’s Quay (WAL) vs Sarajevo (BIH)
Crvena zvezda (SRB) vs Europa (GIB)
Budućnost Podgorica (MNE) vs Ludogorets (BUL)
Ararat-Armenia (ARM) vs Omonia (CYP)
Floriana (MLT) vs CFR Cluj (ROU)
Maccabi Tel-Aviv (ISR) vs Riga (LVA)
Qarabağ (AZE) vs Sileks (MKD)
Dinamo Tbilisi (GEO) vs Tirana (ALB)
Dynamo Brest (BLR) vs Astana (KAZ)
Molde (NOR) vs KuPS (FIN)
Flora Tallinn (EST) vs Sūduva (LTU)
Celje (SVN) vs Dundalk (IRL)
KÍ (FRO) vs Slovan Bratislava (SVK)

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21 Valletta ………….4 Birkirkara……….2 Valletta fetħu l-impenji tagħhom staġjonali b’rebħa diffiċli ta’ 3-2 kontra Birkirkara. Kienet partita klassika bejn żewġ timijiet li mistennija jkunu fost il-protagonisti ewlenin…

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21 Ħamrun Spartans….5 Sirens………………….1 It-Taljani jgħidu, ‘Buona La Prima’. Hu hekk kien għal Hamrun Spartans. Il-Ħamruniżi jistgħu jgħidu li kellhom bidu brillanti tal-Kampjonat BOV Premier 2020/21 meta…

Floriana FC…………2 Gżira United FC……1 Floriana kisbu l-ewwel punti tal-istaġun meta f’logħba sabiħa għelbu lil Gżira 2-1. Gzira ddominaw il-logħba fl-ewwel siegħa tagħha, iżda fl-aħħar nofs siegħa Floriana tjiebu ferm…

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21 SLIEMA W…………………..3 HIBERNIANS……………….1 Sliema Wanderers fetħu l-kampjonat b’rebħa ta’ 3-1 fuq Hibernians. Ftit azzjonijiet u żewġ gowls fl-ewwel taqsima…wara 5 minuti logħob, free-kick dirett li ngħata…

Aktar