Futbol internazzjonali
UEFA Champions League: Grupp B u Ċ l-aktar tnejn jaħarqu fl-aħħar ġurnata tal-gruppi

Għada filgħaxija tiġi fi tmiemha l-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League, bi Grupp Ċ jibqa’ l-aktar grupp interessanti meta kollox ser jiġi deċiż fl-aħħar ġurnata għaliex s’issa l-ebda tim għadu m’għamilha għall-fażi li jmiss. Kulma huwa ċert hu li t-tim ta’ Red Star Belgrade ma jistgħux jgħaddu għar-Round tas-16, biss xorta għadhom fiċ-ċans li jagħmluha għall-UEFA Europa League.

Żgur illi Anfield ser jerġa’ jkun mimli ħajja, storbju u kant kontinwu mill-iScousers, meta Liverpool jilqgħu lil Napoli f’logħba intensiva ħafna. Jekk kemm-il darba Liverpool joħorġu rebbieħa bl-iskor ta’ 1-0, allura jkunu huma li jgħaddu, imma jekk Napoli jiskurjaw, Liverpool ikollhom jiskurjaw tnejn aktar minn kemm jiskurjaw l-avversarji tagħhom. Dan kollu ser ikompli jagħmel il-logħba waħda aktar interessanti u missielta fil-grawnd.

Għal PSG il-logħba wkoll mhijiex ser tkun faċli, għaliex iridu jmorru s-Serbja, u t-tim ta’ Red Star iridu l-punti jekk iridu jżommu t-tama li għallinqas jagħmluha gaħll-UEFA Europa League. Min-naħa l-oħra, PSG għadhom iridu jippruvaw li huma wieħed mill-aqwa timijiet fl-Ewropa, għaliex l-aħħar li waslu sas-semifinali ta’ din il-kompetizzjoni kien fl-1995, u mhux ta’ b’xejn li ħafna kritiċi jgħidu li dan it-tim huwa biss tajjeb għal-Ligue 1 fejn l-isfida hija waħda minima.

Grupp B ukoll ser ikun wieħed intensiv, għax għalkemm Barcelona huma ċerti minn post fil-fażi li jmiss, għada ser jilqgħu lil Tottenham H. fil-Camp Nou, u t-tim Ingliż irid bilfors rebħa u allura wieħed irid jara kif ser jaġixxi t-tim Katalan. Fi tmiem il-ġimgħa, il-maniġer tal-Ispurs, Pochettino, serraħ lil Harry Kane u lil Christian Eriksen, fir-rebħa ta’ 2-0 kontra Liecester, imma għada jridu jkunu fl-aqwa tagħhom jekk iridu jwettqu sorpriża fi Spanja u jeliminaw lill-Inter.

Jekk Inter jirbħu kontra PSV, allura jittamaw f’żelqa minn Tottenham, għaliex jekk jiġu dro jew jitilfu fil-Camp Nou, allura jkunu l-Ispurs li jispiċċaw jilagħbu fil-UEFA Europa League. Għall-Inter il-logħba tista’ titqies bħala waħda faċli fil-Giuseppe Meazza, għaliex PSV m’għandhom l-ebda ċans f’dan il-grupp meta ġabru biss punt mill-ħames logħbiet ta’ qabel u qegħdin ankrati fil-qiegħ. Inter għandhom 7 punti minn massimu ta’ 15, u bħalissa jinsabu punti ndaqs ma’ Tottenham H.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Cristiano Ronaldo, il-plejer ta’ Juventus FC u tal-Portugall, laħaq ftehim mal-Qorti ta’ Madrid fi Spanja, biex iħallas kważi €19,000,000 f’multa talli evada t-taxxa fiż-żmien li kien jilgħab ma’ Real Madrid….

Futbol internazzjonali

It-tim ta’ Barcelona ħabbru li ffirmaw lil Kevin-Prince Boateng mingħand it-tim ta’ Sassuolo. Għalissa t-tim Katalan ħa lill-plejer Boateng b’self sa tmiem l-istaġun, imma jistgħu jagħmlu t-trasferiment permanenti għal €8…

Futbol internazzjonali

Fil-logħba li biha ngħalqet l-20 ġurnata tas-Serie A fl-Italja, Juventus ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-0, biex b’hekk s’issa huma rebħu 18-il logħba u ġew dro tnejn f’dan l-istaġun. It-tim t’Allegri…

Futbol internazzjonali

Fil-partita li ntlagħbet iktar kmieni, Milan barra minn darhom għelbu lil Genoa bi skor ta’ 2-0. Borini fetaħ l-iskor fit-72 minuta u Suso rdoppja fit-83 minuta. Illejla, fit-20.30, Juventus jilqgħu…

Aktar