Futbol internazzjonali
UEFA Champions League: Illejla tintlagħab it-tielet kwartifinali

Barcelona – Bayern Munich

Illejla jkun eliminat wieħed mill-aqwa timijiet Ewropej meta Barcelona jaffaċċjaw lil Bayern Munich. Il-Katalani tilfu biss logħba waħda mill-aħħar tlettax li lagħbu f’kull kompetizzjoni, u f’dan l-istaġun għadhom ma tilfux logħba fil-UEFA Champions League.

Bayern Munich kellhom tmiem impressjonanti fil-Bundesliga, għaliex apparti li rebħu l-istaġun, fl-aħħar tmintax-il logħba kompetittiva huma dejjem ħarġu rebbieħa, u fiċ-Champions League f’dan l-istaġun rebħu tmien logħbiet.

Luis Suarez fuq naħa u Robert Lewandowski fuq l-oħra jafu jkunu strumentali għat-timijiet tagħhom f’dan il-konfront. Il-Pollakk Lewandowski skorja 13-il gowl għal Bayern f’dan l-istaġun fiċ-Champions League u żgur li qed jipprova jilħaq ir-rekord ta’ Cristiano Ronaldo, li jiskorja 17-il gowl fi staġun wieħed.

Il-logħba tal-lejla ser tintlagħab fl-Estadio da Luz ta’ Lisbona u ser tkun ikkontrollata mir-referee Slovakk Skomina. Barcelona ser ikunu mingħajr Morer u Umtiti li jinsabu mweġġa’, filwaqt li Todibo jinsab kwarantina. Għal Bayern ser ikun hemm nieqes Pavard li jinsab imweġġa’.

Il-logħba tibda fid-21:00.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra

Il-FIFA Club World Cup li kellha ssir f’Doha f’Diċembru li ġej mhux se ssir minħabba l-pandemija COVID-19. Dan kien ikkonfermat il-bieraħ waqt il-Kungress ta’ din is-sena tal-FIFA li sar b’mod…

Il-plejer ta’ Paris St Germain, Neymar, ingħata żewġ partiti sospensjoni wara l-inċident li kellu fil-partita kontra Marseille mal-plejer Alavaro Gonzalez il-Ħadd li għadda. PSG tilfu l-partita bl-iskor ta’ 1-0 u…

L-ex kowċ ta’ Barcelona Quique Setien, flimkien ma’ tliet assistenti tiegħu, se jkunu qed ifittxu lill-klabb għad-danni talli ma onorawx il-kuntratt u tkeċċew mill-kariga x-xahar li għadda. Fi stqarrija konġunta,…

Tottenham Hotpsur mistennija jiffirmaw żewġ plejers ta’ Real Madrid fis-sigħat li ġejjin. Gareth Bale u Sergio Reguilon għaddew mit-test mediku li sarilhom f’Londra l-Ħamis, bil-plejer minn Wales ser jirritorna mal-ex…

Aktar