
Il-fażi tal-eliminazzjoni diretta taċ-Champions League, organizzata mill-UEFA għall-istagun 2018-19, tibda nhar it-Tlieta 12 ta ‘Frar u tispiċċa fl-1 ta’ Ġunju 2019 bil-finali, li din is-sena se ssir fil-Wanda Metropolitano f’Madrid, Spanja, il-‘home ground’ ta’ Atletico Madrid. Bħalissa hemm total ta’ 16-il tim, li se jkunu jikkompetu fil-fażi tal-eliminazzjoni. Għall-ewwel darba, ser tintuza s-sistema ta’ ‘video assistant referee’ jew kif inhi issa iktar magħrufa l-VAR, f’din il-fazi eliminatorja tal-kompetizzjoni.
Il-fażi tal-eliminazzjoni tinvolvi s-16-il tim li kkwalifikaw bħala rebbieħa ta’ kull wieħed mit-tmien gruppi fl-istadju tal-grupp, flimkien mat-tmien timijiet li spiċċaw fit-tieni post ta’ kull grupp.
Grupp | Rebbieħa | Timijiet li ġew fit-tieni post |
A | Borussia Dortmund | Atlético Madrid |
B | Barcelona | Tottenham Hotspur |
C | Paris Saint-Germain | Liverpool |
D | Porto | Schalke 04 |
E | Bayern Munich | Ajax |
F | Manchester City | Lyon |
G | Real Madrid | Roma |
H | Juventus | Manchester United |
Kull konfront fil-fażi tal-eliminazzjoni, apparti mill-Finali, tintlagħab fuq żewġ legs, b’kull tim jilgħab leg waħda ‘home’ u l-oħra ‘away’. It-tim li jiskorja l-akbar numru ta’ gowls fuq iż-żewġ legs javvanza għar-rawnd li jmiss. Jekk l-iskor totali taż-żewġ logħbiet ikun l-istess, tiġi applikata r-regola dwar il-gowls li tim jiskurja barra minn daru, fejn dawn jgħoddu doppji. Jekk il-goals ‘away’ huma ugwali wkoll, allura jkun meħtieġ li jintlagħab il-ħin barrani. Ir-regola dwar il-gowls ‘away’ terġa’ tiġi applikata għal darb’oħra wara l-ħin barrani, jekk jiġu skurjati gowls waqt il-ħin barrani. Jekk it-tim li qiegħed jilgħab ‘away’ jiskurja, l-goals tiegħu jgħoddu doppji. Jekk pero kollox jibqa’ l-istess, anke wara l-ħin barrani, it-tim li jgħaddi jiġi deċiż bl-għoti tal-‘penalties’.
Kif tafu l-Finali tintlagħab bħala partita waħda, u jekk l-iskor ikun indaqs fl-aħħar tad-90 minuta, tintlagħab nofs siegħa ta’ ħin barrani, segwit minn ‘penalty shoot-out’ jekk l-iskor jibqa’ indaqs.
Il-mod kif jittellghu il-poloz għal kull rawnd huwa kif ġej:
- Fit-tlugħ għar-rawnd ta’ 16, it-tmien rebbieħa tal-grupp kienu ‘seeded’, u t-tmien ‘runners-up’ tal-grupp ma kienux. It-timijiet ‘seeded’ telgħu biex jilagħbu kontra t-timijiet l-ohra, bit-timijiet ‘seeded’ jilaghbu t-tieni leg f’darhom. Timijiet mill-istess grupp jew mill-istess pajjiż ma setgħux jitilgħu kontra xulxin.
- Fit-tlugħ għall-kwarti tal-finali u tas-semi-finali, ma jkun hemm l-ebda ‘seeding’, u timijiet mill-istess grupp jew mill-istess pajjiż jistgħu jitilgħu kontra xulxin. Billi t-tlugħ tal-kwarti tal-finali u s-semi-finali jsiru flimkien qabel ma jintlagħbu l-kwarti tal-finali, l-identità tar-rebbieħa tal-kwarti tal-finali mhijiex magħrufa fiż-żmien tat-tlugħ tas-semi-finali. Tittella’ polza wkoll biex jiġi ddeterminat liema rebbieħ tas-semi-finali ikun nnominat bħala t-tim li jkun ‘home’ għall-finali għal skopijiet amministrattivi.
West Ham United komplew telgħin aktar il-fuq fil-klassifika tal-Kampjonat Premier dan wara li l-bieraħ huma għelbu lil Fulham bl-iskor ta’ 3-1. Kienu Fulham li fetħu l-iskor wara biss tlett minuti…
Chelsea ġew sospiżi għal żewġ transfer windows mill-FIFA u mwaħħla 600,000 frank żvizzeru wara li nstabu ħatja li kisru Artiklu 19 tar-regolamenti dwar reġistrazzjonijiet tal-plejers. Il-FIFA qalu li Chelsea kisru…
Illum wara nofsinhar telgħu l-poloz tal-aħħar sittax tal-kompetizzjoni tal-UEFA Europa League. L-ewwel leg jintlagħab fis-7 ta’ Marzu mentri t-tieni leg jintlagħab fl-14 ta’ Marzu. Il-poloz kollha huma dawn: Chelsea –…
Il-UEFA ħarġet stqarrija dwar l-użu tal-VAR fil-logħba tar-Round tas-16 taċ-Champions League nhar l-Erbgħa li għadda, fejn Manchester City barra minn darhom għelbu lil Schalke bl-iskor ta’ 3-2. Dan wara li…